Rugby
Messaġġ mil-leġġenda Jonny Wilkinson lill-komunita’ tar-Rugby f’Malta

Il-komunita’ tar-Rugby Union f’Malta kienet sorpriża b’messaġġ li kien irrekordjat mill-eks stilla internazzjonali tat-team Nazzjonali Ingliż Jonny Wilkinson.

F’dan il-messaġġ li ttella’ fuq il-paġna ta’ facebook tal-Malta Rugby Football Union il-player irringrazzja lill-Maltin għas-support kontinwu lejn ir-Rugby fl-Ingilterra. Fil-messaġġ tiegħu hu kellu kliem ta’ kuraġġ lejn l-isportivi Maltin u qal li hu tal-opinjoni li flimkien se ngħelbu dan il-mument diffiċli li qed ngħaddu minnu.

Wilkinson li hu xellugi pur kien jilgħab bħala ‘Fly half’ lagħab għal 91 logħba mat-team Nazzjonali Ingliż fejn għamel 1,179 punt bil-flokk ta’ pajjiżu. Hu kien fdat bil-penalties u l-conversions kważi kollha meta kien ikun fil-pitch għax kien eċċezzjonali fil-preċiżjoni tiegħu bil-kicks. Hu jibqa’ mfakkar għal famuż ‘drop goal’ fl-aħħar minuta tal-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Awstralja tas-sena 2003.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.