Futbol internazzjonali
Messi jaċċetta tnaqqis fil-paga iżda jibqa ma’ Barcelona

Lionel Messi se jibqa ma’ Barcelona wara li ffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin bl-Arġentin jaċċetta tnaqqis fis-salarju bin-nofs biex jibqa mal-klabb Katalan.

Messi, l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Barcelona teknikament temm ir-relazzjoni tiegħu mal-klabb ix-xahar li għadda wara li skadilu l-kuntratt li kellu, bil-President Joan Laporta strumentali biex iżomm lill-istilla mal-klabb dan filwaqt li jibda jitnaqqas id-dejn ta’ madwar biljun ewro li preżentament għandu l-klabb Katalan.

Filfatt il-kampanja akkwisti tal-klabb sa issa dan is-sajf kienet ibbażata fuq plejers li waslu b’xejn fosthom l-Arġentin Sergio Aguero mingħand Manchester City u l-Olandiż Memphis Depay, ex plejer ta’ Olympic Lyon.

Messi li għandu erbgħa u tletin sena jinsab frisk mis-suċċess fil-Copa America wara li fil-finali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-Arġentina għelbu fil-finali 1-0 lill-Brażil fil-Maracana.

Miktub minn...
Rodney Vassallo