Sports Internazzjonali
Messi u Biles jirbħu l-unur tal-Atleti tas-sena 2019 tal-AIPS

Lionel Messi u Simone Biles rebħu l-unuri prestiġjużi tal-atleti tas-sena jiġifieri tal-Isportiv u l-Isportiva tas-Sena 2019 hekk kif ivvutati mill-membri tal-AIPS, l-Assoċjazzjonali Internazzjonali tal-Media Sportiva. Fis-sena 2019 il-player Arġentin sar l-iktar player li qatt skorja goals f’deċenju. Hu rebaħ sitt darbiet il-player tas-sena tal-Liga u riċentament rebaħ ukoll l-unur tal-aħjar player tal-FIFA. L-unur tal-Isportiva tas-sena mar għand il-Ġinnasta Amerikana Simone Biles li ta’ 22 sena rebħet triple-double f’kompetizzoni internazzjonali fejn rebħet ukoll ħames midalji tad-deheb minn sitt avvenimenti waqt il-kampjonati tad-Dinja tal-Ġinnastika li saru fi Stuttgart.

Fit-tieni post wara Messi fil-kategorija Sportiv tas-sena spiċċa l-atleta tal-long distance mill-Kenja Eliud Kipchoge filwaqt li t-tennista Spanjol Rafael Nadal temm fit-tielet post fil-klassifika.

Fil-kategorija Sportiva tas-Sena wara Biles fit-tieni post spiċċat il-player tal-football Amerikana Megan Rapinoe u fit-tielet post l-isprinter Ġamajkana tal-atletika Shelly Ann Fraser-Pryce.

Il-Votazzjoni kienet mifruxa mal-ġurnalisti tal-isport membri tal-AIPS minn madwar 102 pajjiżi.

Ir-Riżultat finali tal-kategorija Sportiv tas-Sena 2019 tal-AIPS

Lionel Messi (Argentina) Football 394 (13,11%)
Eliud Kipchoge (Kenya) Athletics 361 (12,01%)
Rafael Nadal (Spain) Tennis 282 (9,38%)
Cristiano Ronaldo (Portugal) Football 240 (7,98%)
Lewis Hamilton (UK) Formula One 232 (7,72%)
Virgil van Dijk (The Netherlands) Football 159 (5,29%)
Marcel Hirscher (Austria) Ski 145 (4,82%)
Milák Krištof  (Hungary) Swimming 143 (4,76%)
Luka Dončić (Slovenia) Basketball 129 (4,29%)
Egan Bernal (Colombia) cycling 129 (4,29%)
Christian Coleman (USA) Athletics 82 (2,73%)
Johannes Thingnes Boe (Norway) Biathlon 76 (2,53%)
Marc Márquez (Spain) Moto GP 57 (1,90%)
Saúl Álvarez (Mexico) Box 56 (1,86%)
Karsten Warholm (Norway) Athletics 53 (1,76%)
Caeleb Dressel USA) Swimming 53 (1,76%)
Tiger Woods (USA) Golf 49 (1,63%)
Kento Momota (Japan) Badminton 46 (1,53%)
Stefanos Tsitsipas (Greece) Tennis 46 (1,53%)
Anton Čupkov Swimming (Russia) 37 (1,23%)
Adam Peaty Swimming (UK) 35 (1,16%)
Yuzuru Hanyu (Japan) Figure Skating 33 (1,10%)
Stephen Curry (USA) Basketball 33 (1,10%)
Isaquias Queiroz (Brazil) Canoeing 24 (0,80%)
Joshiro Maruyama (Japan) Judo 24 (0,80%)
Jiří Prskavec (Czech Republic) Canoeing 22 (0,73%)
Javier Fernandez (Spain)  Figure Skating  19 (0,63%)
Johannes Høsflot Klæbo (Norway) Cross-country ski 19 (0,63%)
Tom Liebscher (Germany) Canoeing 15 (0,50%)
Nathan Chen (USA) Figure Skating  9 (0,30%)
Rudy Fernández (Spain) Basketball 2 (0,07%)
Sebastian Brendel (Germany) Canoeing  2 (0,07%)

Ir-Riżultat finali tal-kategorija Sportiva tas-Sena 2019 tal-AIPS

Simone Biles (USA) Gymnastics 452 (15,04%)
Megan Rapinoe (USA) Football 406 (13,51%)
Shelly Ann Fraser-Pryce Athletics (Jamaica) 331 (11,01%)
Katinka Hosszu (Hungary) Swimming 302 (10,05%)
Mikaela Schiffrin (USA) Ski 232 (7,72%)
Dalilah Muhammad (USA) Athletics 191 (6,35%)
Ash Barty (Australia) Tennis 175 (5,82%)
Yulimar Rojas (Venezuela) Athletics 150 (4,99%)
Bianca Andreescu (Canada) Tennis 125 (4,16%)
Dorothea Wierer (Italy) Biathlon 109 (3,63%)
Dina Asher-Smith (UK) Athletics 103 (3,43%)
Darja Bilodid (Ukraine) Judo 87 (2,89%)
Clarisse Agbegnenou (France)  Judo 75 (2,50%)
Therese Johaug  (Norway) Cross-country ski 59 (1,96%)
Regan Smith (USA) Swimming 53 (1,76%)
Lisa Carrington (New Zealand) Canoeing 52 (1,73%)
Katie Taylor (Ireland) Boxing 46 (1,53%)
Risako Kawai (Japan) Wrestling 39 (1,30%)
Sanita Pušpure (Ireland) Rowing 19 (0,63%)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Sports Internazzjonali

Eluf ta’ partitarji nġabru fil-belt ta’ Kansas biex jagħtu merħba lit-tim wara r-rebħ tas-Super Bowl. Il-Ħadd li għadda, The Kansas City Chiefs rebħu s-Super Bowl wara ħamsin sena, u l-partitarji…

Aktar