Futbol internazzjonali
Messi u Guardiola jagħtu €1 miljun f’donazzjoni kontra l-coronavirus

L-attakkant ta’ Barcelona u l-Arġentina Lionel Messi u l-manager Spanjol ta’ manchester City Pep Guardiola taw €1 miljun kull wieħed f’donazzjoni biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-coronavirus.

L-għotja ta’ Messi se tinqasam bejn il-Hospital Clinic ta’ Barcelona u ċentru mediku ieħor fl-Arġentina.

Pep Guardiola, l-ex plejer ta’ Barcelona li llum meqjus fost l-aqwa managers li hawn ukoll ta din id-donazzjoni lill-kampanja li tnediet mill-Angel Soler Daniel Foundation and Medical College f’Barcelona fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-coronavirus.

Qabel ma Guardiola ta din id-donazzjoni, il-fondazzjoni kienet ġabret €33,000 fi tlett ijiem.

Spanja hu l-aktar pajjiż milqut bil-coronavirus fl-Ewropa wara l-Italja.

S’issa għandhom 40,000 persuna li ttestjat pożittiva u għendhom mal-2,700 mewt.

Ir-reġjun tal-Katalunja fejn jilgħab Messi u għex ħafna minn ħajtu Guardiola huma fost l-aktar affettwati fil-pajjiż.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Pożizzjoni ċara u soda mill-Club tas-Serie A Lazio hekk kif id-Diriġent Sportiv tagħhom l-Albaniż Igli Tare tenna li l-kampjonat ta’ dan l-istaġun għandu jitkompla u jintemm fl-aħħar ġurnata kif oriġinalment…

Futbol internazzjonali

Jack Grealish il-player ta’ Aston Villa kien kostrett jirrekordja messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu u jiskuża ruħu quddiem kulħadd talli fi tmiem il-ġimgħa ħareġ minn daru u mar jiltaqa’ ma’…

Futbol internazzjonali

Lionel Messi kkonferma li l-plejers ta’ Barcelona ser ikollhom 70% mill-paga mnaqqsa sabiex il-klabb jagħmel ċert li l-impjegati l-oħra jitħallsu l-pagi tagħhom matul il-lockdown fi Spanja. Minbarra t-tnaqqis drastiku fil-paga,…

Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Tottenham u tal-Ingilterra Harry Kane qal li l-Premier League Ingliż għandu jiġi null jekk ma jitkomplix sal-aħħar ta’ Ġunju. Il-futbol kollu fl-Ingilterra jinsab wieqaf minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Kane…

Aktar