Sports Internazzjonali
“Messi10” huwa l-ispettaklu l-ġdid tas-Cirque du Soleil

Fin-Nou Camp f’Barcelona, ilbieraħ filgħaxija saret it-tnedija tal-ispettaklu “Messi10” tas-Cirque du Soleil. Dan iċ-ċirklu tematiku, li ser jibda jdur madwar id-dinja b’din it-tema li ddur madwar Lionel Messi, huwa wieħed mill-aktar popolari fid-dinja. L-ispirazzjoni ta’ dan l-ispettaklu kien l-istilla Arġentin u ta’ Barcelona Lionel Messi, li huwa wieħed mill-aqwa plejers fid-dinja li qatt libes in-numru 10.

Messi ta’ 31 sena, flimkien ma’ martu u l-ħbieb tiegħu mill-klabb ta’ Barcelona mxew fuq it-tapit l-aħmar qabel ma’ seħħet it-tnedija ta’ dan iċ-ċirklu. Lionel Messi rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer fid-Dinja għal ħames darbiet, u d-direttur tas-Cirque du Soleil, Omar Sharif Mukhtar, qal li jinsab eċitat sabiex jibdew iduru d-dinja b’dan l-ispettaklu li żgur ser ikun wieħed suċċess. L-idea wara dan iċ-ċirklu hu li jkun iċċelebrat is-suċċess kbir li rnexxielu jilħaq dan il-plejer, li minn ta’ età żgħira kellu jegħleb problemi li ltaqa’ magħhom f’ħajtu. Meta kien għadu tfajjel, Messi kellu growth hormone disorder, u kien għalhekk li t’età żgħira kien mar Spanja sabiex ikun jista’ jirċievi t-trattament minħabba din il-kundizzjoni.

Ta’ 13-il sena ngħaqad mat-tim ta’ Barcelona, il-klabb li għadu miegħu s’issa. Is-Cirque du Soleil bit-tema “Messi10” ser jiddebutta f’Barcelona stess, fl-10 t’Ottubru ta’ din is-sena, b’aktar tours matul is-sena 2020 għadhom iridu jiġu mħabbra mid-diriġenti ta’ dan iċ-ċirklu. B’kollox ser jieħdu sehem 46 persuna fl-ispettaklu li ser idum għaddej 90 minuta, eżatt daqs logħba futbol.

Din ser tkun l-46 produzzjoni oriġinali ta’ dan iċ-ċirklu li ilu jdur madwar id-dinja mill-1984.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Raġel minn Wisconsin li lagħab €75,000 li Tiger Woods jirbaħ il-Masters, rebaħ xejn inqas minn €1.13-il miljun. Woods kellu jiġi minn wara biex rebaħ l-ewwel titlu tiegħu fl-aħħar 11-il sena,…

Formula 1

Il-bidu eċċezzjonali li kellhom il-Mercedes f’dan l-istaġun tal-Formula 1 mhuwiex biżżejjed sabiex jikkonvinċi lil Lewis Hamilton li għal darb’oħra t-tim Ġermaniż jista’ jirbaħ il-kampjonat tal-kostrutturi. Skont il-Brittaniku, l-istaġun għadu fil-bidu…

Sports Internazzjonali

F’Sao Paolo, il-Brażil, ġiet organizzata tellieqa b’differenza, fejn karozzi ddisnjati apposta tellqu kontra xulxin f’manjiera diversa mis-soltu. Il-karozzi ma kellhomx magni, u allura t-tluq kien minn fuq rampa, u wara…

Formula 1

Il-Brittaniku tal-Mercedes Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix taċ-Ċina li sar f’Shangai dalgħodu, Grand Prix li kien l-elf wieħed fl-istorja tal-Formula 1. Hamilton qabeż lil Bottas li kellu l-Pole u qatt…

Aktar