Futbol internazzjonali
Mesut Ozil jiddeċiedi jibqa’ ma’ Arsenal

Il-midfielder tal-Arsenal u tal-Ġermanja Mesut Ozil laħaq ftehim ma’ Arsenal biex jestendi l-kuntratt tiegħu.

Ozil se jkun qed jestendi l-kuntratt tiegħu sitt xhur qabel ma’ jispiċċa.

Il-Ġermaniż kien qed jissemma li jista jingħaqad ma’ Fenerbahce fit-Turkija.

Ta’ 32 sena, Ozil baqa’ ma lgħabx partita minn Marzu li għadda u tħalla barra mill-manager Mikel Arteta mil-lista finali tal-iskwadri tal-Premier League u l-UEFA Europa League.

Ftit tal-jiem ilu, il-media Torka kienet kważi ċerta li ozil kien se jiffirma kuntratt ta’ 3 snin u nofs mal-klabb Tork iżda finalment, il-plejer iddeċieda li jibqa’ f’Londra.

Miktub minn...
TVM Sport