Sports Internazzjonali
Metoeriti Umani f’Los Angeles, l-Istati Uniti

Xi nies f’Los Angeles setgħu ħasbu li raw meteoriti jaqbdu għaddejja fis-sema ta’ fuqhom nhar l-Erbgħa li għadda. Dan wara li The Red Bull Air Force wettqu stunt riskjuża għall-aħħar, meta persuni differenti qabżu minn eluf ta’ piedi b’materjal pirotekniku magħhom.

Uħud mill-aqwa sky divers tad-dinja ħadu sehem f’din l-istunt u dan sabiex jimmarkaw is-supermoon tal-2019. It-tim ta’ sky divers qabżu minn fuq ħelikopter minn għoli ta’ 4,000 pied u niżlu fuq il-belt City of Angels b’saħħa ta’ 120 mil fis-siegħa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ is-sitt Grand Prix tal-Ingilterra li saret illum f’Silverstone. Hamilton mar quddiem wara ftit laps. Kienet Valterri Bottas li mar fuq quddiem mal-ħruġ tat-tellieqa iżda spiċċa fit-tieni post…

Formula 1

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone. Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda…

Formula 1

Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone se jibqa’ parti mill-kalendarju tal-Formula 1 għal mill-inqas ħames snin oħra. Dan wara li l-Formula 1 uffiċjalment ħabbru li kien intlaħaq dan il-ftehim. Iċ-ċirkwit kien fid-dubju jkunx…

Formula 1

Il-Grand Prix ta’ Silverstone ser jibqa’ jsir għall-ħames snin li ġejjin. Din l-aħbar ingħatat mill-Formula 1 wara li ntlaħaq qbil dwar pakkett finanzjarju sabiex tibqa’ ssir it-tellieqa fl-Ingilterra. Sentejn ilu…

Aktar