Futbol lokali
MFA Awards 2018: Andrew Cohen jirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena għar-raba’ darba fil-karriera

Andrew Cohen, il-plejer ta’ Gżira United u ex-plejer ta’ Hibernians u tat-tim nazzjonali Malti, rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-MFA għar-raba’ darba fil-karriera. It-trofew lil Cohen ingħata l-Ġimgħa filgħaxija fis-serata tal-MFA Awards li saret f’Dar il-Mediterran, fil-Belt Valletta.

Cohen sar l-uniku plejer Malti li qatt rebaħ dan l-unur erba’ darbiet. Hu rebħu wkoll fl-istaġuni 2004/05, 2005/06 u fl-2014/15.

L-unuri l-oħra li ntrebħu fis-serata kienu dawn:

Coach Of the Year: Darren Abdilla (Gżira United)
Young Player of the Year: Jake Grech (Birkirkara)
Foreign Player of the Year: Amadou Samb (Gżira United)
First Division Best Player: Dylan Agius (Pietà Hotspurs)
Second Division Best Player: Sebastian Perdomo (Sta Lucia)
Third Division Best Player: Edward Wileman (Sta Venera Lightnings)
Women’s League Best Player: Dorianne Theuma (Hibernians)
Best Youth League Player: Jan Busuttil (Pietà Hotspurs)
GFA Player of the Year: Christian Mercieca (Victoria Hotspurs)
Futsal Player of the Year: Jovica Milijic (Valletta Futsal Club)
Best Fans Award: Valletta

President’s Award: Louis Micallef, Deputat Segretarju Ġenerali MFA u Brian Meilak, futboler Għawdxi.
Fair Play Award: Pietà Hotspurs
Best Goal Award: Matteo Piciollo (Valletta vs Balzan – FA Trophy semi-final)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illejla edizzjoni oħra tal-programm OFFSIDE, xandira diretta fid-8.45pm fuq TVM2. Mistiedna llejla Jonathan Caruana, captain ta’ Valletta, Gejtu Debattista, Viċi President ta’ Hamrun Spartans, Mario Muscat, Direttur Tekniku ta’ Qormi…

Futbol lokali

Hibernians…………………1 Valletta……..………………2   Fil-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa Valletta ħadu t-tlett punti importanti kontra Hibernians biex b’hekk issa telghu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma l-istess Hibernians b’34 punt f’logħba mimlija episodji u…

Futbol lokali

Qormi……….  1 Balzan………  3   Debutt kwiet għal Steve Pisani fir-rebħa ta’ Balzan fuq Qormi bl-skor ta’3-1. L-ewwel azzjoni tal- partita waslet wara 17 -il minuta minn Balzan meta l-akkwist…

Futbol lokali

Rebħa importanti għat -team ta Jose Borg Tarxien hekk kif dawn it tlett punti rawhom jitilgħu jokkupaw it tmien post fil klassifika premier kif ukoll jaqbzu lil St Andrews. Bla…

Aktar