Futbol lokali
MFA Awards: Magħrufa n-nominati għall-edizzjoni ta’ din is-sena

MFA Awards 2017/18. Għall-ewwel darba kemm ilu jingħata l-unur tal-player of the year dan l-unur jista’ jingħata lill-player Malti li matul l-istaġun ma’ jkunx lagħab ma’ Club Malti iżda jkun lagħab ma’ Club barrani. Dan wara li fost in-nominati għall-iktar award prestiġjuż li jingħataw kull sena dak tal-MFA Player of the Year hekk nominat internazzjonali Malti Andre’ Schembri li dan l-istaġun qed jilgħab ma’ Apollon Limassol f’Ċipru.

Dan tħabbar mill-Viċi President tal-MFA Matthew Paris waqt xandira li fiha tħabbru n-nominati fil-kategorija kollha.

Paris qal li meta fittex fir-regolamenti ta’ dawn l-Awards ma’ sabx referenza għal fatt li player Malti li jilgħab barra minn Malta jista’ jkun eskluż mil-lista tan-nominati.

In-Nominati fil-kategorija

MFA Player of the Year
Andrew Cohen (Gżira Utd)
Paul Fenech (Balzan FC)
Jake Grech (Birkirkara FC)
Steve Pisani (Floriana FC)
Andre’ Schembri (Apollon Limassol FC)

Player barrani tas-sena
Mislav Andelkovic (Birkirkara)
Carlos Eduardo de Fiori Mendes (Balzan)
Amadou Samb (Gżira United)

Player Żgħażugħ tas-Sena
Jurgen Degabriele (Hibernians)
Jake Grech (Birkirkara)
Kyrian Nwoko (Valletta)

Coach tas-Sena
Darren Abdilla (Gżira United)
John Buttigieg (Sliema Wanderers)
Marco Micovic (Balzan)

Plejer tal-Ewwel Diviżjoni
Dylan Agius (Pietà Hotspurs)
Paul Chimezie (Mqabba)
Yannick Yankam (Qormi)

L-Aqwa Plejer tat-Tieni Diviżjoni
Adolphus Nagbe Marshall (Gudja United)
Sebastian Perdomo (Santa Lucia)
Roderick Taliana (Swieqi United)

L-Aqwa Plejer tat-Tielet Diviżjoni
Royter Degiorgio (Xgħajra Tornados)
Jack Vella (Mellieħa)
Edward John Wileman (Santa Venera Lightnings)

GFA Player of the Year
Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs)
Christian Mercieca (Victoria Hotspurs)
Adrian Parnis (Victoria Hotspurs)

L-Aqwa player tal-Futsal
Melvin Borg (Valletta)
Jovica Milijic (Valletta)
Marwan Telesi (Mrieħel)

L-Aqwa player YFA
Jan Busuttil (Pietà Hotspurs)
Neil Frendo (Mosta)
Connor Zammit (Hibernians)

L-Aqwa player kampjonat tan-Nisa
Alishia Sultana (Birkirkara)
Dorianne Theuma (Hibernians)
Shona Zammit (Birkirkara)

Is-Serata finali ta’ din is-sena se ssir il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju 2018 f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta bi trażmissjoni diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hibernians…………………1 Valletta……..………………2   Fil-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa Valletta ħadu t-tlett punti importanti kontra Hibernians biex b’hekk issa telghu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma l-istess Hibernians b’34 punt f’logħba mimlija episodji u…

Futbol lokali

Qormi……….  1 Balzan………  3   Debutt kwiet għal Steve Pisani fir-rebħa ta’ Balzan fuq Qormi bl-skor ta’3-1. L-ewwel azzjoni tal- partita waslet wara 17 -il minuta minn Balzan meta l-akkwist…

Futbol lokali

Rebħa importanti għat -team ta Jose Borg Tarxien hekk kif dawn it tlett punti rawhom jitilgħu jokkupaw it tmien post fil klassifika premier kif ukoll jaqbzu lil St Andrews. Bla…

Futbol lokali

Il-bews xi ħaġa sabiħa. Normalment, bewsa tagħti tifsira ta’ rispett u mħabba bejn xulxin. Iżda l-bewsa spontanja li saret ilbieraħ fil-partita mill-Kampjonat BOV Premier bejn Hamrun Spartans u Gżira United,…

Aktar