Futbol lokali
MFA: Ikompli x-xogħol fit-training grounds f’Ta’ Qali

Ix-xogħlijiet fuq it-Training Grounds f’Ta’ Qali, daħlu ft-tieni ġimgħa tagħhom.

Dan il-proġett qed isir b’investiment kapitali ta’ €2M, hekk kif il-Malta Football Association se tkun għaddejja biex ittejjeb l-infrastruttura tagħha fiż-zmien li ġej u bħala parti mal-istrateġija varata ftit xhur ilu.

Proġett li mistenni jkun lest fl-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu, fil-ħin biex it-Tim Nazzjonali Malti jkompli bl-aħħar preparamenti tiegħu qabel il-logħba ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, tant mistennija fl-1 ta’ Settembru f’darna kontra Ċipru.
Fl-aħħar jiem tkomplew ix-xogħlijiet biex jinqala’ l-wiċċ ezistenti, flimkien ma’ xogħlijiet anċillari bil-għan li jkollna Training Grounds tal-ogħla livell professjonali.
Anke t-turiżmu sportiv mistenni jibbenefika minn dan l-investiment hekk kif aktar klabbs u Timijiet Nazzjonali barranin ta’ livell għoli jiġu mħajra lejn pajjiżna għat-taħriġ tagħhom u fi klima ideali.
Dan il-proġett jikkonferma l-impenn tal-Malta FA b’konformità mal-istrateġija biex tkompli tiżviluppa l-infrastruttura mal-pajjiż kollu fis-snin li ġejjin.
Miktub minn...
TVM Sport