Futbol lokali
MFA: Il-futbol lokali sospiż sal-5 t’April

Fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-UEFA, il-Malta Football Association tawlet is-sospensjoni tal-football lokali kollu sa mill-inqas il-5 t’April.

Il-Kampjonat BOV Premier u l-kompetizzjonijiet l-oħra tal-football u l-futsal kienu ġew inizjalment sospiżi għaż-żewġ rounds li jmiss.

Taħditiet mal-clubs mid-diviżjonijiet kollha se jsiru nhar il-Ġimgħa li ġej bil-video conferencing.

Milquta anke ż-żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni tat-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra l-Ukrajna u l-Finlandja dax-xahar, li issa se jintlagħbu f’Ġunju.

Diġà kienu tħassru wkoll żewġ partiti ta’ ħbiberija tat-team nazzjonali tal-kbar li kellhom jintlagħbu lejn l-aħħar ta’ dax-xahar kontra Ġibiltà u l-Ażerbajġan.

L-MFA qalet ukoll li qed tipposponi s-serata annwali tal-Awards tagħha, skedata għall-15 ta’ Mejju, għal data oħra. Ġiet posposta wkoll id-data għal-liċenzjar tal-clubs li kienet issettjata għas-6 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar