Futbol lokali
MFA: l-ewwel laqgħa tal-kunsill tal-presidenza Bjorn Vassallo
Amnestija totali lil players u uffiċjali f'każi ta' dixxiplina

Il-kunsill tal-Malta Football Assocation illum iltaqa’ għall-ewwel darba taħt il-presidenza ġdida ta’ Bjorn Vassallo.

Vassallo inħatar president tal-MFA għal mandat ta’ erba’ snin wara li f’elezzjoni x-xahar li għadda għeleb il-kandidatura ta’ Dr Chris Bonett għall-ogħla kariga fi ħdan l-assoċjazjoni.

Il-kunsill fil-fatt illum adotta d-dokument fil-proposti ta’ Bjorn Vassallo bħala l-istrateġija uffiċjali tal-MFA. Il-kunsill ġie mgħarraf li fi ħdan l-assoċjazzjoni inħatret Strategy Officer: Dr Dawn Aquilina: propju bl-inkarigu li timplimenta l-mandat.

Fl-ewwel diskors tiegħu lill-kunsilliera Bjorn Vassallo emfażizza li dak li sar sar, u t-triq ‘il quddiem hija fl-għaqda. Qal li fil-jiem li għaddew iltaqa’ ma’ Chris Bonett : u fil-waqt li wegħdu li t-tajjeb tiegħu mhux se jarmih, Dr Bonett wiegħed lilu appogg fl-iżvilupp tal-football Malti. Bjorn Vassallo qal li ħadd m’għandu jistenna li jinbidel kollox f’salt, imma jrid jibni amministrazzjoni b’saħħitha biex it-tibdil li hemm bżonn, isir.

Fost punti li ħarġu mil-laqgħa tal-kunsill illum kien hemm amnestija totali mogħtija fil-każi kollha dixxiplinari lil players u uffiċjali. Dan jgħodd għall-karti ħomor u sofor kif ukoll għas-sospensjonijiet kollha fuq tul ta’ żmien, ħlief f’każi ta’ korruzzjoni, doping, u integrità. Il-proposta għaddiet wara vot miftuħ.

Il-kunsill ġie aġġornat bid-diskussjonijiet mal-FIFA dwar il-parametri, li se jitneħħew għal kollox sal-bidu tal-istaġun 2020-21: u dwar il-kalendarju tal-fixtures, li dwaru kien hemm qbil li jibda jinħareġ darbtejn fis-sena, fil-bidu ta’ kull round, għad-diviżjonijiet kollha.

Kien hemm diskussjoni anke dwar il-fixtures tal-Youths fejn issemmiet il-possibilta’ li eventwalment il-logħob jirritorna għall-weekend minflok fost il-ġimgħa. Fir-rigward tat-team nazzjonali Under 19 tħabbar li mill-istaġun 2020-21 il-Kampjonat Ewropew tal-kategorija se jkollu format ġdid fejn it-team jieħu sehem fi tliet mini tournaments ta’ erba’ pajjiżi, li jiggarantixxi disa’ logħbiet minflok it-tlieta ta’ bħalissa.

Il-kamponat tal-football tan-nisa se jibda jintlagħab fuq tliet rounds, bit-timijiet kollha jilagħbu kontra xulxin, minflok il-format attwali b’erba’ rounds fejn il-kampjonat kien jinqasam f’żewġ diviżjonijiet wara l-ewwel tnejn.

Il-kunsill ingħata dettalji tal-membru kollha li nħatru fuq il-bordijiet varji tal-MFA. L-ex-president Norman Darmanin Demajo żamm il-kariga tiegħu fil-kumitat tal-Football Social Responsibility. Darmanin Demajo inħatar President Onorarju tal-MFA: waqt li l-ex-viċi president Alex Manfrè inħatar membru onorarju.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Futbol lokali

Astana għaddew għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 . B’hekk it-tim mill-Kazakhztan għaddew bi skor aggregate ta’ 9-1. Valletta kellhom…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena sofra telfa kbira fit-tieni partita mill-UEFA Development Tournament li qed isir f’Wales. Illum Malta tilfet bl-iskor ta’ 5-0 kontra Ċipru. It-tim nazzjonali kellu…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Myles Beerman, mil-lum sar plejer ta’ Hibernians FC. Id-difensur iffirma tliet snin kuntratt mal-Pawlisti li se jżommu f’Raħal Ġdid sal-istaġun 2021/22. Beerman kien qed jilgħab fl-Iskozja ma’…

Aktar