Futbol lokali
Mhux aċċettabbli li Clubs tal-Premier jibqgħu jaħtru coaches mingħajr il-liċenzja tal-UEFA ‘A’ – MFCA

L-Assoċjazzjoni tal-coaches, il-Malta Football Coaches Association għamlitha ċara mhux aċċettabbli li Clubs lokali speċjalment tal-Premier jibqgħu jaħtru coaches mingħajr il-liċenzja adekwata.

Dan qalu Lolly Aquilina l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Coaches li tenna kif din il-kwistjoni ilha tkun diskussa għal diversi snin kemm mat-Technical Centre tal-MFA u anke mal-ogħla uffiċjali tal-MFA iżda qatt ma nsatbet soluzzjoni. Aquilina qal li bħala MFCA huma wkoll tellgħu għad-diskussjoni din il-problema anke fil-Kunsill tal-MFA.

Il-President tal-MFCA tenna li kull coach liċenzjat għandu jikkowċja fid-diviżjoni skond il-liċenzja li għandu. Hu semma kif jaf b’każijiet fejn il-clubs lokali jinqdew b’coaches li għandhom liċenzja valida u jifirmaw bħala l-coach tat-team meta fil-verita’ ma jkunux huma li qed imexxu lit-team.

Aquilina kkritika bil-qawwa r-regolament eżistenti tal-MFA li jagħti l-fakulta’ li persuna waħda titħalla tqum minn fuq il-bank tas-sostituti sabiex tagħti l-istruzzjonijiet. Hu qal li dan ir-regolament għandu jinbidel biex jipproteġi l-integrita’ tal-coaches u jkun regolament li jippermetti li dik il-persuna li jqum jagħti l-istruzjonijiet ikun bilfors coach liċenzjat u mhux jagħti lok li jkun it-Team Manager, il-President jew it-technical Advisor.

Joe Micallef Segretarju Ġenerali tal-MFCA min naħa tiegħu qal li hu importanti li l-amministrazzjoni l-ġdida MFA li se tkun eletta fl-20 ta’ Lulju tgħin lill-MFCA fil-missjoni tagħha li kull kowċ irid ikun liċenzjat kif suppost. Hu qal li ż-żewġ kandidati għall-kariga ta’ President tal-MFA jafu b’din il-problema u lesti jaħdmu magħhom għall-ġid tal-football Malti. Hu spjega li llum il-ġurnata biex wieħed jikkowċja Premier irid ikollu bilfors waħda mil-liċenzji approvati mill-Coaching Licensing Board jiġifieri jew il-UEFA A, jew il-UEFA Elite jew inkella l-ogħla liċenzja dik tal-UEFA PRO. Hu tenna li mhux sew li hawn coaches Maltin li jinvestu ħafna flus biex studjaw u jġibu dawn il-liċenzji iżda ma’ jkollhomx team għaliex il-Clubs jippreferu coaches li m’għandhomx il-kwalifiki neċċessarji.

Micallef fakkar kif b’insistenza tal-MFCA, l-MFA tat-Ultimatum lill-Clubs lokali u sa mill-bidu tal-istaġun 2021/22 kull team tal-Premier irid bilfors ikollu coach li għandu l-ogħla liċenzja jiġifieri l-UEFA PRO License. Fuq il-coaches barranin li jiġu jikkowċjaw Malta, Micallef spjega kif il-liċenzja tagħhom tkun verifikata mit-Technical centre tal-MFA li dawn min naħa tagħhom jikkonfermaw jekk għandhomx il-kwalifika neċessarja.

Bħalissa f’Malta hawn 829 coach bejn Maltin u barranin li għandhom il-liċenzja mqassma hekk:

UEFA PRO 31

UEFA A Elite 19

UEFA A 81

MFA A 12

UEFA B 162

MFA B 3

National Coach C 247

YCL (Youth Coaching License) 10

GK Coach License 38

Physical Trainers 39

CYF (Coaching Young Footballers) 187

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kienu Matthew Paris, Ludovico Micallef u Adrian Casha li kisbu l-iktar ammont ta’ voti fl-elezzjoni għal tliet postijiet bħala Viċi Presidenti tal-MFA. B’kollox kien hemm sitt kontestanti għal din il-kariga…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo huwa l-President il-ġdid tal-Malta Football Association wara li iktar kmieni llum rebaħ l-elezzjoni għall-ogħla kariga tal-MFA meta rebaħ l-elezzjoni meta għeleb lill-Chris Bonett. L-elezzjoni saret waqt il-Laqgħa Ġenerali…

Aktar