Miccoli jiffirma għal sena ma’ Birkirkara

RAPPORT SANDRO MICALLEF

It-Taljan Fabrizio Miccoli ffirma ma’ Birkirkara f’dak li hu msejjaħ bħala l-iktar akkwist attraenti u ta’ preġju sa issa fil-futbol Malti qabel jibda l-istaġun 2015/16 wara dak ta’ Ryan Fenech li ffirma ma’ Balzan.

Miccoli ffirma l-kuntratt illum u se jkun ippreżentat lill-partitarji ta’ Birkirkara għada waqt attivita’ fejn fiha se tkun ippreżentata l-iskwadra.

Hemm ċans kbir li Miccoli jilgħab f’partita ta’ ħbiberija li Birkirkara għandhom skedata l-Ġimgħa kontra t-team ta’ taħt id-19 -il sena tal-MFA.

L-aħbar kienet ikkonfermata mill-President tal-Club Adrian Delia li fuq facebook li kiteb hekk:

Quando uno si nasce giallo rosso
Sempre rimangono I colori nel cuore
Benvenuto fabrizio

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

‘Forward Together’…’Flimkien ’il Quddiem’, hu l-isem tal-kampanja ta’ Bjorn Vassallo, kandidat għall-elezzjoni ta’ President tal-Malta Football Association, li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju li ġej. F’konferenza ta’…

Futbol lokali

Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann ġie promoss għal Kategorija 2 fuq il-Panel tal-FIFA. Farrugia Cann isieħeb lir-referee lokali l-ieħor Alan Mario Sant f’din il-kategorija li tfisser li jistgħu jikkontrollaw partiti…

Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Aktar