Basketball
Michael Jordan se jagħti donazzjoni ta’ €80 miljun għall-ġlieda kontra r-razziżmu

Il-leġġenda tal-basketball qal li se jkun qed jagħti mat-€80 miljun f’donazzjonali kontra l-ġlieda tar-razziżmu.

L-ex plejer qal li flimkien mal-kumpanija tiegħu Jordan Brand, se jkunu qed jagħtu dawn il-flus fuq mhedda ta’ 10 snin.

Il-flus se jmorru għal organizazzjonijiet li ilhom snin jagħmlu din il-ġlieda.

Din l-offerta ta’ Jordan waslet fi żmien fejn id-dinja tinsab ixxukkjata għal mewt ta’ George Floyd li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien qed jiġi arrestat.

Miktub minn...
TVM Sport