
Futbol lokali
Michael Mifsud ma’ Mosta, Dos Anjos ma’ Hibernians
F’aħbar tal-aħħar sigħat, Michael Mifsud sar plejer ġdid ta’ Mosta.
Mifsud iffirma kuntratt sal-aħħar tal-istaġun, b’opzjoni li jiġġedded għal staġun ieħor jekk kemm-il darba Mosta jikkwalifikaw għall-Ewropa.
Michael Mifsud hu l-aktar plejer u lagħab u skurja fl-Istorja tat-tim nazzjonali Malti, 143 partita u 42 gowl.
F’aħbar oħra, Rafael Dos Anjos iffirma ma’ Hibernians.
L-ex plejer ta’ Siriens iffirma kuntratt sal-aħħar tal-istaġun.