Futbol lokali
Michael Mifsud ma’ Sirens FC

Il-plejer Malti Michael Mifsud, mil-lum sar plejer ta’ Sirens FC.

Mifsud tħarreġ ma’ Sirens FC għall-ewwel darba lbieraħ filgħaxija u llejla se jkun qed jilgħab fil-partita ta’ ħbiberija kontra Hibernians.

Din hi l-aħħar partita tat-tim ta’ San Pawl il-Baħar qabel iħalli pajjiżna għall-Bulgarija għall-partita mill-UEFA Europa League kontra CSKA Sofia.

Mifsud kien spiċċalu l-kuntratt ma’ Birkirkara.

Michael Mifsud hu l-aktar plejer li lagħab bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti fl-Istorja, 142, u l-aktar plejer li skurja gowls bil-flokk nazzjonali, 41.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Floriana FC…………2 Gżira United FC……1 Floriana kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta f’logħba sabiħa għelbu lil Gżira 2-1. Gzira ddominaw il-logħba fl-ewwel siegħa tagħha, iżda fl-aħħar nofs siegħa Floriana tjiebu ferm…

Aktar