Formula 1
Michael Schumacher jagħlaq 50
Id-dinja tal-Formula 1 tiċċelebra s-suċċessi tal-ex-champion

Il-leġġenda tal-Formula 1 Michael Schumacher għada jagħlaq 50 sena: bil-familja tiegħu tgħid li se tiċċelebra s-suċċessi, ir-rekords, u l-ferħ tal-ex-sewwieq seba’ darbiet champon tad-dinja.

Schumacher kien sofra ġrieħi gravi f’rasu u waqa’ f’koma f’inċident tal-iskiing fid-29 ta’ Diċembru 2013, u għadu qatt ma deher fil-pubbliku minn dakinhar. Huwa qed jingħata kura d-dar tiegħu l-Iżvizzera, imma ftit huwa magħruf dwar il-qagħda ta’ saħħtu.

Il-familja tiegħu assigurat li jinsab f’idejn tajba u li qed isir kull ma hu umanament possibbli biex jingħata għajnuna. Qalet ukoll li s-silenzju dwar il-każ huwa skont ix-xewqat li dejjem wera s-sewwieq stess.

Michael Schumacher ma’ martu Corinne

Fil-Mużew tal-Ferrari f’Maranello għada se tiftaħ wirja speċjali dwar Schumacher: waqt li l-familja tiegħu se toħroġ l-Official Michael Schumacher App li se tkun mużew virtwali tal-kisbiet tal-ex-champion. L-amministrazzjoni tal-Formula 1 ukoll se tiddedika ġimgħa lil Michael Schumacher fuq il-mezzi tal-media soċjali tagħha.

Fil-karriera minbarra rekord ta’ seba’ titli tad-dinja – tnejn mal-Benetton u ħamsa mal-Ferrari – Schumacher rebaħ rekord ta’ wieħed u disgħin tellieqa. Fost rekords oħra, għamel ħmistax-il staġun konsekuttiv b’suċċess fi Grand Prix, u spiċċa mal-ewwel tlieta sbatax-il darba fi sbatax-il tellieqa fi staġun wieħed.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Is-sewwieq tar-Renault, Nico Hulkenberg, kien l-aktar sewwieq veċoli fl-aħħar ġurnata ta’ testijiet fuq iċ-ċirkwit ta’ Katalunja fi Spanja, ftit tal-minuti qabel mal-karozza tiegħu waqfet għal kollox f’nofs it-track. Il-Ġermaniż għamel…

Formula 1

“Meta tiġi iftħilha l-bieb,” jgħid il-qawl Malti u t-tim tal-Williams żgur li diġa’ qegħdin iħossu pressjoni kbira meta l-istaġun tal-Formula 1 fadallu inqas minn xahar sabiex jibda. Wara sena diżastruża…

Formula 1

It-tim il-ġdid tal-Formula 1,  Racing Point, ilbieraħ nedew il-karozza l-ġdida għall-istaġun 2019 li ser jibda ftit tal-ġimgħat oħra. It-tim, li sal-istaġun li għadda kien jismu Force India, qegħdin jippruvaw jibdew…

Formula 1

  Formula 1: It-team ibbażat fl-Italja t-Toro Rosso sar it-tieni team din is-sena li nieda l-karozza l-ġdida għas-sena 2019. Dan it-team ippreżenta l-karozza l-ġdida STR14 hekk kif il-kampjonat tal-Formula 1…

Aktar