Bowling
Midalja oħra għal Sara Xuereb

Sara Xuereb rebħet midalja oħra fi Vienna meta spiċċat fit-tielet post fil-Masters tal-bowling li ntlgħabu fl-egħluq tal-Kampjonati Ewropej taż-żgħażagħ. Wara li kkwalifat fl-14 il-post minn 65 plejer, fl-ewwel logħba għelbet lill-Ingliża Lucy Williams 2-0, u kompliet bl-istess riżultat kontra l-Finlandiża Peppi Konsteri. Fil-kwarti tal finali, wara bidu xi ftit kwiet fejn tilfet l-ewwel logħba, Xuereb rebħet it-tieni u t-tielet logħba kontra l-isvediza Nora Johansson biż-żewġ logħbiet ikunu missielta sa l-aħħar. Fis-semi finali, Sara lagħbet kontra it-tieni Svediza, Hanna Engberg, fejn tilfet l-ewwel logħba iżda rebħet it-tieni logħba biex sfurzat decider. Dan kien deċiz fl-ahhar żewġ frames fejn Engberg spiċċat b’sensiela ta’ strikes biex għelbet lil Sara 224-194. Fil-final l-Ingliza Isabel Allen għelbet lil Engberg biex ħadet il-midalja tad-deheb. Sara tirritorna Malta b’żewġ midalji fiz-żewġ kompetizzionijiet li setgħet tieħu sehem f’dawn il-kampjonati.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo Kampjonat Nazzjonali 2019: Mill-Kampjonat Premier il-bieraħ Neptunes Leo Vegas rebħu 16-15 kontra San Ġiljan TUM Invest. L-Iskorers għat-team ta’ Neptunes kienu Stevie Camilleri b’5 goals, ħuħ Jordan b’4 goals, Petar…

Sport Lokali

Il-kontinġent Malti li qed jieħu sehem fil- 15 -il edizzjoni tas-Summer European Youth Olympic Festival, li se jsir f’Baku, l-Ażerbajġan telaq minn Malta il-bieraħ, fejn huma mistennija li jingħaqdu ma’ madwar 3,600…

Ibburdjar

L-eqdem tellieqa fil-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club, it-tellieqa Malta-Sirakuża, iċċelebrat id-59 edizzjoni f’Lulju. It-tellieqa, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) hija popolari ħafna,…

Aktar