Futbol lokali
Miguel Angel Alba: jiffirma ma’ club Bolivjan…. wara li kien iffirma anke ma’ Birkirkara

Intopp għal Birkirkara FC li minkejja l-projbizzjoni mposta fuqhom mill-MFA fil-każ tal-ex-cocah Paul Zammit kienu attivi ħafna fis-suq tat-trasferimenti, bil-mira li jkunu jistgħu jirreġistraw l-akkwisti ġodda ladarba tkun normalizzata s-sitwazzjoni.

Wieħed mill-akkwisti ta’ Birkirkara fil-ġimgħat li għaddew kien l-ex-player tagħhom stess, il-midfielder offensiv Arġentin Miguel Angel Alba li l-istaġun li għadda rebaħ il-kampjonat ma’ Valletta.

Jirriżulta iżda li wara li ffirma għal sena ma’ Birkirkara, b’option għal estensjoni ta’ sena oħra, Alba minn wara dahar il-club laħaq ftehim separat ma’ club fil-Bolivja.

TVMSport huwa nfurmat li Birkirkara qed jeżaminaw l-alternattivi legali li għandhom, bil-possibilta’ li anke jfittxu lill-player għall-ksur ta’ kuntratt.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Saru magħrufa l-avversarji possibbli ta’ Valletta u Gżira United jekk dawn javvanzaw fit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-Uefa Champions League u tal-Uefa Europa League rispettivament. Il-Poloz itellgħu f’Nyon. Mill-Uefa Champions League…

Futbol lokali

Ġimgħa mill-iktar impenjattiva għaċ-champions Valletta u t-tim ta’ Gżira United fiż-żewġ partiti li għandhom mill-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League, rispettivament. Wara l-kwalifikazzjoni kontra Dudelange tal-Lussemburgu, Valletta issa jilagħbu…

Aktar