Ċikliżmu
Miguel Angel Lopez jirbaħ it-18-il stadju filwaqt li Primoz Roglic iżomm it-titlu tal-Vuelta

Miguel Angel Lopez rebaħ it-18-il stadju tal-Vuelta, bl-Isloven Primoz Roglic iżomm it-titlu ta’ din it-tellieqa Spanjola.

Il-Kolombjan Lopez beda l-ġurnata fit-tielet post tal-klassifika, u b’din ir-rebħa għamel ċert li nhar il-Ħadd li ġej ser ikun fuq il-podju f’Santiago de Compostela. Roglic temm dan l-istadju fit-tieni post, 14-il sekonda wara Lopez u sitt sekondi qabel Enric Mas, li min-naħa tiegħu jinsab fit-tieni post fil-klassifika.

It-18-il stadju kien fuq distanza ta’ 162.6 kilometru. Id-19-il stadju jsir matul il-ġurnata tal-lum fuq distanza twila ta’ 191.2 kilometri minn Tapia sa Montforte de Lemos.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA