
Sparar
Mikaela Galea tidħol fl-istorja tal-isport tal-Isparar f’pajjiżna
Sparar: Mikaela Galea tfajla ta’ 18 -il sena daħlet fl-istorja ta’ dan l-Isport hekk kif saret l-ewwel mara li qatt rebħet kompetizzjoni uffiċjali tal-Federazzjoni Maltija tal-Isport tal-Isparar.
Dalgħodu hija rebħet il-kompetizzjoni Anthony Caruana Trap Selection meta għelbet l-isfida saħansitra ta’ William Chetcuti u Gianluca Chetcuti li spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
Mikaela Galea spiċċat l-ewwel meta laqtet 113 minn 125 plattina. Mikaela se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fit-Tazza tad-Dinja tal-Isparar li se ssir f’Malta f’Ġunju li ġej.