Boxing
“Mike Tyson qed jibża’ minn Evander Holyfield” – il-promotur tal-boxing Ryan Kavanaugh

Skont il-promotur tal-ġlied tal-boxing, Ryan Kavanaugh, Mike Tyson mhu se jerġa’ jaċċetta qatt li jiġġieled kontra Evander Holyfield għax jibża’ minnu.

Tyson kien irritorna fir-ring fis-sena li għaddiet fl-età ta’ 54 sena u għall-ewwel darba wara 15-il sena biex jiġġieled kontra Roy Jones Jr. fi ġlieda ta’ esebizzjoni.

Holyfield ta’ 58 sena, se jkun qed jagħmel comeback is-Sibt li ġej meta se jiġġieled kontra Oscar De La Hoya li għandu 48 sena.

Kavanaugh qal lill-media fl-Ingilterra li jaf li Tyson qed jipprova jorganizza ġlieda kontra Lenox Lewis iżda għal xi raġuni qed jevita lil Holyfield.

Lewis kien diġà għeleb lil Tyson fl-2002 fil-ġlieda għall-heavyweight championship.

 

Miktub minn...
TVM Sport