Motorsport
Mikhail Mercieca jirbaħ il-kampjonat Enemed Malta National GT3 Championship

Wara li rebaħ erba’ rawnds tal-kampjonat Enemed Malta National GT3 Championship, Mikhail Mercieca rebaħ ir-raba’ rawnd u l-Kampjonat.

Mikhail Mercieca kien segwit minn Bernard Vella b’differenza ta’ punt wieħed biss, filwaqt li Jason Muscat temm fit-tielet post.

Il-pjan kien li r-rebbieħ ta’ dan il-kampjonat jirrappreżenta lil Malta fl-FIA Games f’Pariġi, madankollu dawn ġew ikkanċellati u l-parteċipazzjoni ta’ Pariġi ġiet sostitwita bi premju monetarju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA