Futbol internazzjonali
UEFA Futsal Euro U19 fuq tvm.com.mt/sport
llum l-aħħar ġurnata tal-gruppi

Fil-Latvja llum tkompli l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonat Futsal Euro għat-timijiet Taħt id-19-il sena meta tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-gruppi u jkunu magħrufa l-erba’ semifinalisti.

S’issa minn Grupp A għaddew il-Portugall b’żewġ rebħiet minn żewġ logħbiet: l-istess bħal Spanja fi Gtupp B. Il-Polonja u r-Russja fi Grupp A, u l-Kroazja u l-Ukrajna fi Grupp B, qed jissieltu għaż-żewġ postijiet l-oħra fis-semfinali tal-Ħamis.

Riżultati s’issa:

Grupp A:

Polonja – Russja 3-2

Latvja – Portugall 0-6

Russja – Latvja 5-1

Polonja- Portugall 3-1

Grupp B:

Ukrajna – Olanda 7-0

Kroazja – Spanja 0-3

Olanda – Kroazja 0-6

Ukrajna – Spanja 1-7

Klassifiki:

Grupp A 

Portugall 6

Polonja 3

Russja 3

Latvja 0

Grupp B

Spanja 6

Kroazja 3

Ukrajna 3

Olanda 0

Logħob għall-Erbgħa

11:30 Grupp B: Portugall – Russja

14:00 Grupp B: Kroazja – Ukrajna

16:30 Grupp A: Spanja – Olanda

19:00 Grupp B: Latvja – Polonja

TVMSport qed juri l-partiti kollha tat-tournament bil-live streaming fuq il-paġni tagħna tvm.com.mt/sport, bis-semifinali u l-finali diretti anke fuq TVM2.

Il-logħob kollu qed isir fil-kapitali tal-Latvja, Riga.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bologna 2   Milan 3 Rebħa importanti għal Milan kontra Bologna biex telgħu ftit aktar ‘il fuq fil-klassifika meta barra minn darhom rebħu 3-2. Milan marru minn fuq wara kwarta mill-penalty…

Futbol internazzjonali

Parma 2   Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…

Futbol internazzjonali

Sheffield UTD 0   Newcastle UTD 2 Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo…

Aktar