Sports Internazzjonali
Mill-Isport għall-Moda … kif libsu numru ta’ sportivi għal attività fi New York?

Fuq it-tapit l-aħmar tal-Met Gala f’New York, uħud mill-aqwa sportivi dinjija wrew li mhux biss jafu jilagħbu imma jilbsu wkoll.

It-tennista Ġappuniża Naomi Osaka, il-plejer Amerikana tal-futbol Megan Rapinoe, il-ġinnasti Amerikani Simone Biles u Sunisa Lee kienu fost numru ta’ sportivi li attendew din l-attività.

F’ċelebrazzjoni tal-moda Amerikana, dawn l-isportivi attendew fil-Mużew Metropolitan tal-Arti fi New York.

Il-finalista tal-Open tal-Istati Uniti Leylah Fernandez ukoll kienet preżenti, flimkien mat-tennisti Serena u Venus Williams u l-ex tennista Maria Sharapova. B’hekk ingħata bidu għall-esebizzjoni annwali tal-moda tal-Istitut tal-Kostumi, bit-titlu – “In America: A Lexicon of Fashion.”

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA