Futbol lokali
Mill-Kunsill tal-MFA: it-2 u t-3 Diviżjoni amalgamati f’kampjonat wieħed “Amateur”
Riforma anke fit-Trophy

Wara d-deċiżjoni storika meħuda fil-kunsill tal-MFA ilbieraħ li jitneħħew darba għal dejjem il-parametri fit-trasferimenti tal-players, illum beda l-istaġun amministrattiv ġdid għall-assoċjazzjoni li għandu jwassal għall-bidu tal-istaġun ġdid ta’ logħob fil-11 ta’ Settembru.

It-tneħħija għal kollox tal-parametri tasal wara proċess twil ta’ negozjati li nbeda fl-2012 bejn l-imsieħba kollha fil-football Malti, u wara diversi riformi gradwali. Bażikament, id-deċiżjoni tfisser li players professjonali m’għadhomx marbuta bil-parametri meta jispiċċalhom il-kuntratt: waqt li players amateur fosthom tan-nurseries ukoll huma ħielsa li jiċċaqalqu fi tmiem il-kuntratt. Dan kollu jġib ix-xena lokali tal-football konformi ma’ regolamenti tal-FIFA u ma’ dak li ilu snin jiġri fil-qasam internazzjonali.

F’intervista esklussiva ma’ TVMSport, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo spjega t-tibdil li se jseħħ mill-istaġun 2020/21. Il-kampjonat Premier għal sena waħda biss se jintlagħab b’16-il team: b’erba’ timijiet relegati direttament ghall-1 Diviżjoni u tnejn promossi biex mill-istaġun ta’ wara jirritorna għal erbatax-il team. L-1 Diviżjoni li se tibda tissejjaħ Challenge League se jkollha 15-il team. It-2 u t-3 Diviżjoni se jiġu amalgamati f’Amateur League wieħed bi tliet gruppi, bl-għażla tat-timijiet issir bis-seeding. Il-ħsieb huwa li t-tliet rebbieħa tal-gruppi jitilgħu direttament fiċ-Challenge League: u jkun hemm sistema ta’ playoffs għar-raba’ post tal-promozzjoni,

Anke l-FA Trophy se tkun riformata u mill-istaġun li ġej se tkun riservata għat-timijijet tal-Premier, iċ-Challenge League u l-1 Diviżjoni tal-GFA. It-timijiet l-oħrajn kollha jilagħbu fit-Tazza tad-Dilettanti: bl-erba’ semifinalisti b’danakollu jirbħu d-dritt li jgħaddu għall-FA Trophy. Ic-champions tal-MAFA, SWAN, GIDA u IASC min-naħa l-oħra jirbħu aċċess għat-Tazza tad-Dilettanti.

Isma’ l-intervista sħiħa ma’ Bjorn Vassallo hawnhekk.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej. Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri….

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hibernians, Sliema Wanderers u Gudja Utd, Jackson Lima sar plejer tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Marsa. Il-midfielder Brażiljan, fl-istaġun li għadda lagħab f’Għawdex ma’ Xewkija Tigers FC. Lima ta’…

Futbol lokali

Hibernians F.C. kisbu lill-plejer tat-Trinidad and Tobago Winchester Rundell Renold. Renold hu attakkant ta’ 26 sena. Fl-istaġun li għadda, Renold lagħab ma’ Gudja United u skurja 5 gowls.

Aktar