Futbol lokali
Mini-Football League: White Eagles iżommu l-konsistenza

MALTA MINI-FOOTBALL LEAGUE 2019/20

White Eagles komplew bil-mixja pożittiva tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rreġistraw is-seba’ rebħa konsekuttiva tal-Malta Mini-Football League li qed isir fil-grawnd tal-Marsa.

Min-naħa l-oħra r-rivali tagħhom United Stars jinsabu biss tliet punti ‘l bogħod minnhom u uffiċjalment huma t-tim li jistgħu jtuhom sfida denja għar-rebħ tal-kampjonat.

Fl-istess waqt, Club de Swat irreġistraw l-ewwel punti tagħhom f’dan il-kampjonat wara rebħa tajba fuq Churchill Wise Guys.

Fil-verita’ kellhom jintlagħbu erba’ partiti iżda fil-programm ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet saru tnejn biss hekk kif Moon u Mighty Knights taw walk-over lill-avversarji tagħhom.

Fiż-żewġ logħbiet li ntlagħbu ġew skorjati xejn inqas minn 29 gowl.

Kif għedna White Eagles baqgħu għaddejjin bit-triq tar-rebħ u huma favoriti netti li jirbħu l-ewwel kampjonat organizzat mill-Malta Mini-Football Association. Huma xxalaw u rebħu lil Titans bl-iskor kbir ta’ 14-2.

Milos Otasevic u Darko Lukic skorjaw tliet gowls kull wieħed, Nenad Nikolic, Danijel Vasic u Nemanja Vosovic kellhom is-sodisfazzjon li jiskorjaw doppjetta filwaqt li Zoran Breberina u Zeljko Brkovic għaqqdu l-14-il gowl għal White Eagles.

Titans, li sofrew ir-raba’ telfa staġjonali, kellhom lil Kieran Bugeja u Alan Errington li jiskorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni għat-tim tagħhom.

Club de Swat irreġistraw l-ewwel punti tagħhom f’dan l-istaġun meta għelbu bl-iktar mod konvinċenti lil Churchill Wise Guys bl-iskor ta’ 8-5. Tal-ewwel kienu ġejjin minn sitt telfiet konsekuttivi, apparti li tnaqqsilhom punt mill-klassifika tagħhom.

Madankollu t-tim ta’ Shamshad Am kellhom ideat oħra u ħarġu determinati u aggressivi sa mill-bidu sabiex skorjaw tmien gowls kontra l-ħamsa tal-avversarji tagħhom.

Għal Churchill Wise Guys, din kienet telfa diżappuntanti li tħallihom fit-tielet post tal-klassifika ta’ dan il-kampjonat ferm sabiħ.

Club de Swat kellhom lil Lamin Saidy f’forma mill-aqwa meta skorja poker filwaqt li Muhamed Mushin kien awtur ta’ doppjetta. Haris Kottayil u Shamshad Am żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Għal Churchill Wise Guys,  Silas Caruana u Shaun Bonello skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Mark Camilleri għaqqad l-iskor finali ta’ 8-5.

Mill-banda l-oħra kellna żewġ walk-overs hekk kif Buda u United Stars ingħataw rebħa ta’ 3-0 fuq il-mejda kontra l-avversarji rispettivi tagħhom Mighty Knights u Moon.

It-tmien ġurnata tal-Malta Minifootball League tkompli ħmistax –il ġurnata oħra b’dawn il-partiti:

2:00 pm – Club de Swat vs White Eagles

3.00 pm – United Stars vs Buda

4:00pm – Titans vs Mighty Knights

5:00pm – Churchill Wise Guys vs Moon

 

KLASSIFIKA MALTA MINI-FOOTBALL LEAGUE

White Eagles 21, United Stars 18, Churchill Wise Guys 12, Titans, Buda, Moon 9, Mighty Knights 3, Club de Swat 2.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Waqt laqgħa permezz ta’ video-conference li saret illum bejn il-UEFA u l-55 assoċjazzjoni membru, fosthom Malta, l-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-futbol ħabbret xenarji ġodda dwar id-deċiżjoni jekk u meta l-kampjonati domestiċi fl-Ewropa…

Futbol lokali

Il-COVID-19 qed jaffettwa anke s-settur tal-ekonomija sportiva f’pajjiżna. Huma ftit forsi dawk li jimmaġinaw li fost l-eluf ta’ impjiegi f’riskju li jintilfu f’pajjiżna hemm ukoll diversi impjiegi fil-futbol lokali. Sandro…

Futbol lokali

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal. L-attivitajiet kollha tal-football…

Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda sitt klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Aktar