Futbol lokali
Mini-Football: United Stars jirreġistraw l-akbar rebħa

Tliet timijiet żammew ir-rekord perfett fil-kampjonat lokali tal-Mini-Football meta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva sabiex żammew l-ewwel post tal-klassifika.

Fil-fatt hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata fil-grawnd tal-Marsa United Stars, White Eagles u Titans kisbu tliet punti ferm importanti fit-tentattiv li wieħed minnhom jirbaħ din l-ewwel kompetizzjoni organizzata mill-Malta Mini-Football Association.

Fost l-oħrajn spikkat ir-rebħa kbira ta’ United Stars li għelbu lil Churchill Wise Guys bl-iskor kbir ta’ 12-0. Huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar din il-partita u ftit taw ċans lit-tim immexxi minn Ayrton Saffrett jimponu l-logħob tipiku tagħhom.

Għal United Stars spikkaw Leontiev Konda u Luke Camilleri li skorjaw hat-trick kull wieħed filwaqt li Florin Manea u Kevin Sammut kienu awturi ta’ doppjetta. Fl-istess waqt Sead Hoxha u Ryan Xuereb żiedu tnejn oħra għal United Stars.

Il-logħba bejn White Eagles u Moon kienet waħda ferm missielta hekk kif ġew skorjati  15-il gowl. Fl-aħħar mill-aħħar kienu White Eagles li rebħu dan il-konfront bl-iskor ta’ 9-6.

Whites Eagles kisbu din it-tieni rebħa konsekuttiva grazzi għad-doppjetti ta’ Zeljko Brkovic, Sinisa Simic u Darko Lukic li flimkien ma’ gowls ta’ Darko Zivkovic, Zoran Breberina u Nemanja Novovic żiedu l-iskor għat-tim tagħhom.

Għal Moon, Anthony Carmona u Mathieu Verdonck skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Pierre Yves Joubert u Jordi Urlings żiedu żewġ gowls oħra.

Anke Titans għamlu l-istess bravura meta għelbu lil Buda bl-iskor ta’ 8-3.

Protagonista ta’ din il-partita kien Bledi Alla li skorja erba’ gowls u kompla mal-gowls ta’ Lamin Jarra, Rapjan Xhyra, Elvis Pajo u Kieran Bugeja.

Buda naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Mohammed Gurun, Arie Tibi u Adam Horvath.

Finalment Mighty Knights kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Club de Swat 10-4. Huma ħarġu ferm determinati li jiksbu l-ewwel punti b’Massimo Grima jisraq ix-xena meta skorja xejn inqas minn sitt gowls. Min-naħa l-oħra Leandros Calleja skorja doppjetta filwaqt li Mario Scicluna u Paul Bugeja żiedu iktar gowls għal Mighty Knights.

Club de Swat, li sofrew it-tieni telfa konsekuttiva, skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ Harris Kotayil, Shamshad Am u Shameer Sulthan Ibrahim.

KLASSIFIKA

United Stars, White Eagles, Titans 6, Mighty Knights, Churchill Wise Guys 3, Moon, Buda, Club de Swat 0

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Floriana FC…………2 Gżira United FC……1 Floriana kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta f’logħba sabiħa għelbu lil Gżira 2-1. Gzira ddominaw il-logħba fl-ewwel siegħa tagħha, iżda fl-aħħar nofs siegħa Floriana tjiebu ferm…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 SLIEMA W…………………..3 HIBERNIANS……………….1 Sliema Wanderers fetħu l-kampjonat b’rebħa ta’ 3-1 fuq Hibernians. Ftit azzjonijiet u żewġ gowls fl-ewwel taqsima…wara 5 minuti logħob, free-kick dirett li ngħata…

Aktar