
International Sports
Minn għada t-Tnejn jitkompla l-isport ‘indoor’ fl-Ingilterra
Minn għada t-Tnejn jitkompla l-isport ‘indoor’ fl-Ingilterra.
Dan ħabbru l-Gvern Ingliż stess.
It-tielet fażi tar-rilaxxamant tal-miżuri fil-pajjiż jagħti d-dritt lill-isport ‘indoor’ biex jerġa’ jibda mill-1 ta’ Ġunju.
Se tkun responsabbiltà tal-assoċjazzjoni tal-isport stess biex taċċessa r-riskju u tikkonsulta mal-atleti, mal-kowċis u mal-istaff involuti.
It-tiġrijiet taż-żwiemel u l-isnooker diġà ħabbru uffiċjalment li se jkunu qed jitkomplew minn għada, mentri l-Premier League Ingliż se jitkompla fis-17 ta’ Ġunju.