Ċikliżmu
Mis-sena d-dieħla tirritorna l-kategorija femminili fit-Tour de France

Aħbar tajba għaċ-ċiklisti nisa wara li l-organizzaturi tat-Tour de France ddeċidew li mis-sena d-dieħla jirrintroduċu t-Tour femminili.

L-aħħar darba li sar it-Tour de France tan-nisa kien fl-1989. Minn dakinhar sal-lum, iċ-ċiklisti nisa dejjem ‘iġġieldu’ sabiex it-Tour isir għalihom ukoll u fl-aħħar irnexxilhom iġibuha żewġ. Kien diffiċli ħafna biex din l-attività tkun finanzjarjament sostenibbli.

It-Tour de France tan-nisa ser jibda fl-istess ġurnata li jispiċċa tal-irġiel, minn Pariġi. Jidher li it-Tour ser jidher f’170 pajjiż differenti.

It-Tour tan-nisa ser ikun bejn l-24 u l-31 ta’ Lulju 2022, ħmistax wara l-itwal tellieqa fil-kalendarju tan-nisa, il-Giro Donne li jsir bejn l-1 u l-10 ta’ Lulju fl-Italja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA