Boxing
Mixed Martial Arts: Għada s-Sibt l-ewwel attività li qatt saret f’Malta

Għada filgħaxija fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin issir l-ewwel attività li qatt saret f’Malta ta’ Mixed Martial Arts.

Mixed Martial Arts hi taħlita ta’ forom differenti ta’ combat sports u arti marzjali: fosthom boxing, kickboxing, lotta, u jujitsu.

Se jieħdu sehem 18-il ġellied minn ħames pajjiżi: Malta, l-Italja, l-Irlanda, l-Olana, u Franza. Il-ġellieda Maltin huma tlieta: Garry Formosa, Enrico Manicaro, u Karl Mifsud.

Il-ġlidiet huma fuq tliet rawnds ta’ ħames minuti ‘l wieħed u jintrebħu b’knockout jew bil-punti.

L-attività t’għada hi organiżżata minn Centurion Promotions.

Miktub minn...
TVM Sport