Motorsport
MMA Awards: Is-serata tal-premjazzjoni se ssir fl-24 ta’ Marzu

Is-serata tal-premjazzjoni tal-Malta Motorsport Awards ta’ dis-sena se ssir fl-24 ta’ Marzu.

Din hija r-raba’ edizzjoni tal-awards organizzati mill-Malta Motorsport Federation. Il-president tal-Federazzjoni Tonio Cini spjega kif kull wieħed mill-erbatax-il club affiljat magħha qed jintalab jinnomina persuna biex tiġi rikonoxxuta għas-suċċess jew kisbiet tagħha fil-kategorija rispettiva matul is-sena li għaddiet.

Se jingħata wkoll l-award speċjali tal-Women In Motorsport: u fis-serata se titħabbar it-tieni persuna li se tiddaħħal fil-Hall Of Fame għall-kontribut tul il-ħajja lill-motorsport lokali, wara konsultazzjoni fi ħdan kumitat maħtur apposta.

Barra minn hekk se jiġu ppreżentati żewġ trofej mibgħuta mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Motorsport l-FIA biex jingħataw liċ-champion Ewropew tat-Top Fuel Dragracing Duncan Micallef, u lill-marshall tas-sena tal-FIA William England.

Għat-tieni sena il-Malta Motorsport Awards huma appoġġjati minn Motors Inc. Is-serata tal-premjazzjoni se ssir fir-Radisson Blu, San Ġiljan, u se tiġi ffilmjata minn TVM Sport biex tintwera aktar ‘il quddiem.

Miktub minn...
TVM Sport