Sport Lokali
MOC Awards: Il-Kumitat Olimpiku Malti jagħti seba’Gold Awards

Il-Kumitat Olimpiku Malti ċċelebra l-eċċellenza fl-isport meta ngħataw il-premijiet sportivi annwali li saru nhar il-Ġimgħa filgħaxija f’Ħ’Attard magħrufa bħala l-MOC Awards.

Il-Kumitat Olimpiku Malti ta’ kull sena jagħraf l-isforzi, l-impenn, id-dedikazzjoni u r-riżultati miksuba minn atleti lokali li kkompetew u jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali organizzati taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ dak l-isport jew organizzazzjoni Internazzjonali tal-Isport rikonoxxuta.

Bil-2018 kienet is-sena tal-XXII Logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast u s-XVII Logħob Mediterranju f’Tarragona, l-isport Malti kien partikolarment qed jiċċelebra l-medalji li nrebħu f’dawn il-Logħob – jiġifieri l-Midalja Bronż fl-iSparar (Brian Galea) u Lawn Bowls (Tim tan-Nisa) fil-Logħob tal-Commonwealth u l-Medalja Bocci / Raffa (Stefan Farrugia) fil-Logħob tal-Meditterran.

Madankollu, il-premjijiet u r-rikonoxximent mogħtija mhumiex limitati għal dawn il-Logħob u l-Kumitat Olimpiku Malti huwa kburi bil-ħafna kisbiet li l-atleti Maltin irreġistraw f’diversi kompetizzjonijiet madwar id-dinja matul is-sena li għaddiet.

Mistieden tal-unur kienet l-atletla  tal-isparar minn San Marino Alessandra Perilli li matul is-snin kisbet numru ta’ suċċessi fl-isfera sportiva internazzjonali. Perilli kkompiet f’żewġ Logħob Olimpiċi – Londra u Rio kif ukoll ipparteċipat b’mod regolari fil-Kampjonati tad-Dinja. Aktar reċentement rebħet il-Midalja tad-Deheb fit-trap fil-Logħob tal-Mediterran, fl-2018 ġewwa Tarragona.

 

Awards Speċjali

Malta Amateur Athletic Association Jacob Elaida, Mariah Zahra, Omar Elaida, Sarah Chouhal
Badminton Malta TEAM Mark Abela & Samuel Cassar
Body Building & Fitness Sabrina Villari, Chantal Graziani, Karim Ibrahim

TEAM  – Blanche Coppola/Ralph Decelis

Malta Cycling Federation Marie Claire Aquilina
Malta Golf Association Laurens Schulze Doering
Malta Gymnastics Federation Ella Borg
Malta Pool Association TEAM – Malta Under 23’s National Team

TEAM – Malta Over 50’s National Team, Christ Mills.

Malta Squash Kijan Sultana
Malta Table Football Sports Association Jamie Bonnici, Charles Aquilina, Jurgen Balzan, Jeshua Bonnici, Jason Pisani, Mario Camilleri
Malta Tennis Federation Francesca Curmi
Malta Sailing Federation Richard Schultheis

 

Bronze Award

Malta Amateur Athletic Association Rachel Fitz, Janet Richard, Charlotte Wingfield
Badminton Malta Matthew Abela
Basketball Association Women’s National Team
Malta Golf Association Andrew Borg

TEAM – Nicholas Beck, Andrew Borg, Ruud Critien, JJ Micallef

Malta Karate Federation Joelle Farrugia
Malta Lawn Bowls Association Brendan Aquilina, Shaun Parnis
Malta Shooting Federation Eleanor Bezzina, Nathan Lee Xuereb
Malta Tennis Federation TEAM – Helen Asciak, Elaine Genovese, Francesca Curmi, Brenda Galea, Emily Lightfoot.

TEAM – John Sciberras, Matthew Asciak, Denzil Agius, Sudzuka Omar, Matthew Cassar Torreggiani

Malta Tenpin Bowling Association Sue Abela
Malta Triathlon Federation Hannah Pace

 

Silver Award

Bocce Raffa Stefan Farrugia
Malta Golf Association JJ Micallef
Malta Lawn Bowls Association Brendan Aquilina
Malta Lawn Bowls Association TEAM – Sharon Callus, Connie Rixon, Rebecca Rixon, Rosemaree Rixon
Malta Shooting Federation Brian Galea
Malta Tennis Federation Elaine Genovese
Malta Tenpin Bowling Association Sara Xuereb,  TEAM – Sue Abela, Justin Caruana Scicluna, Sara Xuereb Mauro Anastasi
Malta Weightlifting Association TEAM – Yazmin Zammit Stevens, Elisia Scicluna, Vlad Baldacchino, Matthew Camilleri, Rodmar Pulis

 

Gold Award

Basketball Association TEAM – Men’s Basketball Team
Malta Racing Club Rodney Gatt
Malta Shooting Federation William Chetcuti, Angelo Ciappara
Malta Table Football Sports Association Samuel Bartolo
Malta Tenpin Bowling Association Justin Caruana Scicluna
Malta Weightlifting Association Yasmin Zammit Stevens

 

Jiddaħlu erba’ personalitajiet oħra fil-Hall of Fame

Ġinnastika – Albert Chun kien il-persuna li ntroduċa il-ġinnastika kompetittiva f’Malta fl-1993 u kien ukoll il-fundatur tal-Malta Gymnastics Federation. Huwa ġab miegħu aktar minn 35 sena t’esperjenza internazzjonali f’dan l-isport. Permezz tat-tutela tiegħu, il-ġinnasti Maltin setgħu jikkompetu fil-Logħob tal-Mediterran, Logħob tal-Gżejjer, Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Ewropa kif ukoll il-Kampjonati Ewropej, Commonwealth u Dinjija, li fihom jipproduċu riżultati tajbin.

Baskitbol – Emanuel Mangani kien ilu attiv fil-Baskitbol matul l-aħħar erbgħin sena, li matulu wera valuri għolja u impenn għall-isport. Bħala referee lokali huwa mexxa wħud mill-aqwa kompetizzjoni lokali, li fihom wera valuri għoljin u rrispetta il-kunċett tal-Fair Play. Huwa kien punt ta’riferiment għall-kowċis, l-atturi u l-uffiċjali kollha. Fl-2007 huwa kkwalifika bħala Kummissarju tal-FIBA, li minn dakinhar kien preżenti regolarment għall-logħob internazzjonali.

Bowling – Melissa Anastasi għandha bosta titoli ta’kampjonati internazzjonali minn mindu bdiet l-isport fl-età ta’ sittax il-sena. Hi rebħet diversi Midalji fil-parteċipazzjoni tagħha f’diversi edizzjonijiet tal-Mediterran (Fidda u Deheb), Commonwealth (Fidda u Bronż) u Kampjonati Ewropej (Deheb)  kemm bħala kompetitur individwali kif ukoll meta jikkompetu fid-Doubles tan-Nisa u Doubles Imħallta.

Ibburdjar – Jovin Rausi kien involut b’mod attiv kemm bħala kompetitur, organizzatur u uffiċjal mill-1975. Huwa żamm numru ta’posizzjonijiet fl-isport li jinkludu Membru Fundatur u Commodore tal-Għadira Sailing Club, President tal-Malta Sailing Federation u Malta Boating Association,  Membru tal-Ġurija Internazzjonali tal-Martini Middle Sea Race fil-bidu tas-snin 80, kif ukoll fl-1998 u l-1999 kif ukoll membru tal-Kumitat Olimpiku Malti. Huwa Direttur tal-Iburdjar fil-Logħob tal-Pajjizi Żgħar tal-1993 u l-2003 li saru f’Malta.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Table Football

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat, il-Major ta’ Rochefort ġewwa il-Belġju.  Dan it-turnament internazzjonali u prestiġjuż ġie organiżżat mill-klabb Belġjan Rochefort TS. Jurgen Balzan rebaħ il-kategorija ta’ taħt id-19-il…

Tennis

Jibdew il-kwartifinali fl-Open tal-Awstralja fejn fil-kategorija tal-irġiel diġa’ għandna l-ewwel semifinalist. Il-Grieg Stefano Tsitsipas t’20 sena rnexxielu jegħleb l-isfida tal-Ispanjol Roberto Bautista-Agut bi tliet sets għal wieħed, biex għall-ewwel darba…

Tennis

Tkompli l-avventura pożittiva tat-tennisti żgħażagħ Maltin Francesca Curmi u Helene Pellicano fl-Open tal-Awstralja, meta t-tnejn għaddew għall-kwartifinali tal-Junior Doubles. Francesca Curmi f’koppja mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh batew biex rebħu żewġ sets…

Futsal

Kultant, fid-dinja tal-isport, jiġru kumbinazzjonijiet li jekk terġa’ tippruvahom għall-kumplament ta’ ħajtek ma jerġgħux jiġru. Tfajjel li s’issa għadu mhux magħruf b’ismu, irnexxielu jiskurja penalty fil-futsal u fl-istess xutt, iż-żarbuna…

Aktar