MOC Awards: Stevie Camilleri u William Chetcuti jingħataw Platimun Award

Xejn inqas minn 41 Awards tqassmu fil-15 -il edizzjoni tal-MOC Awards organiżżati mill-Kumitat Olimpiku Malti. Fl-edizzjoni tas-sena 2016 ingħataw żewġ Platinum Awards. Dawn ingħataw lil player internazzjonali malti tal-waterpolo Stevie Camilleri u lit-Tiratur William Chetcuti. Camilleri li jilgħab fuq bażi professjonali fl-Italja spiċċa t-top skorer fil-kampjonat Ewropew tal-LEN li sar fis-Serbja iktar kmieni dinn is-sena. Chetcuti min naħa tiegħu rebaħ edizzjoni ta’ waħda mil-kompetizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-ISSF li saret f’Baku l-Ażerbajġan u l-midalja tal-Bronż fil-finali li laqqgħat ir-rebbieħa kollha tas-sena f’Ruma.

Il-Kumitat Olimpiku Malti ta’ l-Gold Award lil t-team Nazzjonali Malti tat-tfajliet tal-Basketball, lil Bodybuilder Luke Debono, lil Norbert Attard tad-Darts, It-team tal-Isnooker Brian Cini u Alex Borg, lil Julian Farrugia, Rodney Gatt, Anthony Demanuela u Charles Camilleri sewieqa tat-tiġrijiet taż-żwiemel tat-trott u lit-Ten Pin Bowler Sue Abela.

Apparti sensiela ta’ Silver u Bronż Awards ingħartaw tliet Merit Awards speċjali lil tliet atleti żgħażagħ li kienu t-tiratur Nathan Lee Xuereb, it-tennista Helene Pellicano u Victoria Shultheis mill-isport tal-Ibburdjar.

Din is-sena iddaħħlu wkoll tliet personalitajiet sportivi fil-hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti li kienu Theresa Brousson ex player tal-iSquash, Paul Mifsud ex player Billiards u Snooker kif ukoll Jacqueline Xuereb ex Judoka li kollha dawn fil-passat kisbu riżultati prestiġjużi fix-xena tal-isport internazzjonali.

L-MOC Awards ixxandru b’mod dirett fuq TVM2 u x-xandira se tkun disponibbli wkoll fis-sezzjoni on demand ta’ tvm.com.mt.

L-Awards kollha ta’ din is-sena kienu hekk:

Platinum  :

WATER POLO  : STEVE CAMILLERI

SHOOTING  DOUBLE TRAP : WILLIAM CHETCUTI

Gold  :

BASKETBALL : TIM NAZZJONALI TAN-NISA

SARAH PACE

ELENA CASSAR

ASHLEIGH VELLA

SAMANTHA BRINCAT

MARIA BONETT

STEPHANIE DEMARTINO

CHRISTINA GRIMA

BEVERLEE ZAMMIT

GABRIELLA MIFSUD

HANNAH AL TUMI

JOSEPHINE GRIMA

CHRISTINA CURMI

BODYBUILDING : LUKE DEBONO

DARTS : NORBERT ATTARD – PLEJER NAZZJONALI TAD-DARTS

SNOOKER : TIM NAZZJONALI TAS-SNOOKER

BRIAN CINI

ALEX BORG

TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL : IT-TIM NAZZJONALI TAT-TROTT ANTHONY DEMANUELE

JULIAN FARRUGIA

RODNEY GATT

CHARLES CAMILLERI

TEN PIN BOWLING : SUE ABELA

Silver  :

GOLF : JOHN JUNIOR VERELEST MICALLEF

RAFFA : STEFAN FARRUGIA

RUGBY : ‘MEN’S NATIONAL 7s RUBGY TEAM’

SHOOTING  –  TRAP : NAZZARENO ATTARD

TABLE FOOTBALL :

DEREK CONTI

JASON PISANI

TEN PIN BOWLING : FEMALE DOUBLES  

TIZIANA CARANNANTE & SUE ABELA

NEIL SULLIVAN

Bronze   :

ATHLETICS :

CHARLOTTE WINGFIELD   

LISA MARIE BEZZINA  

BOXING : HAITHEM LAAMOUZ    

CYCLING : MARIE CLAIRE AQUILINA  

CYCLING : WOMEN NATIONAL TEAM

STEPHANIE ALDEN

MARIE CLAIRE AQUILINA

DANICA BONELLO SPITERI

HANNAH PACE

MARION PULLICINO

MICHELLE VELLA WOOD.

GOLF :  GOLF NATIONAL TEAM

ANDREW BORG

RUUD CRITIEN

LUC SCHEMBRI

JOHN JUNIOR VERELEST MICALLEF

RAFFA : NATIONAL TEAM

DAVID FARRUGIA

STEFAN FARRUGIA

RENO FARRUGIA

GIUSEPPE GEMELLI

RUGBY : WOMEN’S NATIONAL 7S RUGBY TEAM

SHOOTING  –  DOUBLE TRAP : GIANLUCA CHETCUTI

TABLE FOOTBALL :

DEREK CONTI

SAMUEL BARTOLO

TRIATHLON :

DANICA BONELLO SPITERI

KEITH GALEA

HANNAH PACE

WATER POLO : NATIONAL ‘ A’ TEAM

WEIGHTLIFTING : NATIONAL TEAM

YASMIN ZAMMIT STEVENS  

PAMELA PSAILA

RODMAR PULIS

KYLE MICALLEF

RYAN AGIUS

____________________________________________________________

Special Merit  :

SAILING  : VICTORIA SHULTHEIS

SHOOTING – DOUBLE TRAP : NATHAN LEE XUEREB

TENNIS : HELENE PELLICANO

____________________________________________________________

Special :

ATHLETICS : RACHID CHOUHAL

BADMINTON  : TEAM – MARK ABELA & SAM CASSAR         

GYMNASTICS : SANA GRILLO  

POOL  : MALTA UNDER 23’S NATIONAL TEAM

DYLAN CASSAR

DEJAN GRECH

RYAN PISANI

LOTHAR MALLIA

SQUASH : KIJAN SULTANA  

TABLE FOOTBALL : JURGEN BALZAN  

TENPIN BOWLING  : MARK SPITERI  

YOUTHS NATIONAL TEAM:

SHAUN MONTANARO

EDWARD XUEREB

SARA XUEREB

MATTHEW MAGRO  

SHADON PSAILA       

ALESSIA SCHEMBRI  

__________________________________________________________

LOCAL COUNCILS   :

1ST  MELLIEHA

2ND GHAJNSIELEM

3RD HAL QORMI

HALL OF FAME :

  • Theresa Brousson – Squash
  • Paul Mifsud – Billiards & Snooker
  • Jacqueline Xuereb – Judo

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Fl-ATP Finals li qegħdin isiru f’Londra, ilbieraħ fl-O2 Arena, Roger Federer għeleb l-isfida ta’ Dominic Thiem f’żewġ sets u għadda għar-rawnd li jmiss. Federer rebaħ is-sets 6-2, 6-3, u b’hekk…

Waterpolo

It-tim Malti lbieraħ sofra telfa kbira kontra l-Ġermanja, 23-9. Din kienet it-tieni telfa tat-tim Malti fl-Europa Cup Qualification Round 2 wara li fl-ewwel logħba Malta tilfet kontra r-Russja. Il-Maltin bdew…

Sparar bil-qaws

Kontinġent mill- Archery Association of Malta ħa sehem f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali bejn it-18 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru. It-team intagħżel fil-bidu tas-sajf minn meta training intensiv beda bi preparamenti għal dawn il-kompetizzjonijiet. It-team…

Aktar