Futbol internazzjonali
Mohamed Salah isir tax-xema’

L-istilla ta’ Liverpool, l-attakkant Mohammed Salah, sar tax-xema’. L-Eġizzjan żar Madame Tussauds f’Londra, fejn għadha kif saret replika tiegħu tax-xema’. L-istatwa l-ġdida ser tkun tista’ tiġi apprezzata mill-pubbliku mil-lum.

Fix-xhur li għaddew Salah kien iltaqa’ mat-tim t’artisti ta’ Madame Tussauds sabiex itteħdulu l-qisien ħalli l-figura tax-xema’ tkun identika għalih. Il-figura tinstab fiż-żona tal-‘Awards Party’ flimkien mal-istatwi ta’ David u Victoria Beckham, id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, Dwayne Johnson, Helen Mirren, Brad Pitt u Priyanka Chopra Jonas.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA