Money Mayweather jirbaħ bil-punti fil-ġlieda tad-deċenju

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Floyd Mayweather Jr magħruf bħala Money Mayweather rebaħ il-ġlieda tant mistennija kontra l-Fillippin Manny Pacquiao permezz ta’ deċiżjoni unanima tal-panel ta’ tliet judges wara tmiem il-massimu ta’ rounds jiġifieri 12.

Il-ġlieda saret fl-Amerika eżattament fil-MGM Garden Arena ta’ Las Vegas u għalkemm kienet skedata li tibda fil-5am ħin ta’ Malta ma bdietx qabel is-6am.

L-Amerikan Mayweather reġa’ ġġieled bit-tattika u teknika tipika tiegħu u rebaħ bil-punteġġ ta’ 118-110, 116-112 u 116-112, sabiex issa estenda r-rekord personal tiegħu ta’ 48 rebħa minn daqstant ġlidiet. Hu qal li se jirtira issa wara li jiġġiled għall-aħħar darba f’Settembru li ġej.

Il-ġlieda żvolġiet f’waħda bilanċjata minkejja li Pacquiao ipprova jitfa sensiela ta’ jabs u body shots fl-ewwel tliet rounds. Iżda Mayweather kien tajjeb u preċiż kull darba li waddad ir-rigħt hooks tiegħu u sensiela ta’ straight rights u combinations oħra.

Sabiex mal-verdett tal-ġurija fi tmiem il-massimu ta’ 12 -il round ta’ 3 minuti l-wieħed ra’ lil Floyd Mayweather jerġa’ jiġi kkonfermat Champion tad-Dinja fil-kategorija Welterweight ta’ dan l-Isport.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar