Futbol lokali
Mosta FC niżlu għal-logħob minkejja b’10 plejers nieqsa. Talbu lill-MFA sabiex il-logħba tkun posposta b’24 siegħa

Ir-Riżultat tal-logħba tal-bieraħ fil-Kampjoant BOV Premier ta’ telfa ta’ 6-1 kontra Gżira United jista’ jħalli riperkussjonijiet fuq il-kumplament tal-istaġun għall-Club ta’ Mosta. Dan sostniħ ma’ TVM Sport kelliem għall-Club li qal li hu flimikien ma’ sħabu tal-kumitat ħadu d-deċiżjoni li xorta jinżlu għal-logħba tal-bieraħ minkejja li kienu se jinżlu bi skwadra b’diversi plejers żgħar u bi skwadra mhux kompettitiva.

Mosta FC kien ilhom erbat ijiem jitolbu lill-MFA sabiex jew tipposponi dil-logħba għal iktar tard dan ix-xahar jew tal-inqas b’24 siegħa għal-lum flok il-logħba li kelha ssir fit-3pm bejn Sirens u Tarxien li ġiet posposta.

L-Uffiċjal ta’ Mosta qal ‘li kieku l-MFA riedet tkun ta’ għajuna lill-Club tagħna setgħu tal-inqas ipposponew il-logħba ta’ kontra l-Gżira għal-lum, ġurnata mhux se tagħmel differenza għal Gżira iżda għalina iva‘ Dan għaliex li kieku logħba ġiet immexxija għal-lum Mosta kien ikollhom ħames plejers li jkunu ħarġu mill-kwarantina li kienu Tyronne Farrugia, Clayton Failla, Duane Bonnici, Liam Portelli u Chris Ememe.

Mosta f’dawn il-jiem apparti lil dawn il-ħames plejers kellhom ukoll lill ħames plejers oħra fi kwarantina li huma Bojan Kajjevic, Dejan Debono, u Santiago Martinez. Ma dawn jingħaqdu wkoll Gianluca Sciberrras u Nathan Agius b’dawn tal-aħħar kienu impenjati mat-team nazjonali U19 u malli ġew lura jumejn wara l-MFA batithom ukoll f’iżolament prekawzjonarju. Biex ikompli jiġi kollox ħażin għall-Mosta waqt il-warming up weġġa’ wkoll il-plejer Rafael Morisco li kien se jkun il-captain tat-team il-bieraħ u allura tneħħa mil-line up ukoll.

Mosta qed isostnu li minkejja huma kienu daħlu ‘squad list’ ta’ dan l-istaġun li fiha kien hemm 33 plejer huma kienu qed jistennew u jippretendu li l-MFA tfakkarhom li setgħu jirranġaw din il-lista sa nofsinhar tal-ġurnata ta’ qabel il-logħba. Din it-tfakkira lill-Mosta jidher li waslet għand il-Club wara li effettivament skada l-ħin li l-Club seta’ jirranġa l-lista ta’ plejers.

L-MFA min naħa tagħhom baqgħu jinsistu li huma mxew mar-regolamenti l-ġodda ta’ dan l-istaġun fl-isfond tal-miżuri tal-COVID-19 u qalu li ma setgħux jilqgħu t-talba tal-Mostin għaliex Mosta kellhom tal-inqas 16 -il plejer li minnhom kien hemm żewġ goalkepers għad-dispożizzjoni tagħhom.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.