Futbol lokali
Mosta jdawwru telfa f’rebħa u jitfgħu lis-Siants f’aktar problemi

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Santa  Lucia FC.…..1

Mosta FC…………….2

Fis-6 minuta, wara azzjoni ta’ korner għas-saints, ix-xutt finali ta’ Rei Tachikawa kien salvat faċilment minn Andreas Vella. Fit-18 –il minuta free-kick għall-Mosta li ngħata minn Takanori Yokochi u l-goalkeeper Aquiina dawwar f’korner b’diffikulta’. Fil-31 minuta St.Lucia marru fil vantaġġ, il-kross mil-lemin ta’ Leighton Grech daħal tajjeb Maxuell Maia u b’daqqa ta’ ras mil-viċin għeleb lil Vella. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima f’attakk ta’ Mosta Muchardi kompla lejn Eric Chaney li baqa’ javvanza iżda xutt b’saħħtu tiegħu spiċċa ftit barra.

Fil-51 minuta korner insidjuż għal Santa Lucia li ngħata minn Camilo Escobar u goalkeeper Vella b’għajnuna ta’ sħabu dawwar f’korner ieħor. Fit-62 minuta Mosta kisbu l-gowl tad-dro, kien Yokochi li qassam lejn Duane Bonnici li kien ilu ftit ħin biss li daħal bħala sostitut, u xutt fil-baxx għeleb lil Aquilina. Fit-80 minuta Mosta skurjaw il-gowl tar-rebħa, il-kross ta’ Duane Bonnici u b’xutt mill-viċin Takanori Yokochi għeleb lil Aquilina. Lejn  tmiem il-partita tkeċċa Camilo Escobar wara li ntwera t-tieni karta safra.

Riżultat finali: Santa Lucia FC….1 – Mosta FC …….2

Referee: Glen Tonna.

BOV Plejer tal-partita: Maxuell Maia (St.Lucia)

Formazzjonijiet:

Santa Lucia FC. T.Aquilina ,G.Bohrer, K.Correia, A.Magri Overend, J.Mendoza, M.Maia, R.K.Ante, J.Zerafa, C.Escobar, R.Tachikawa, L.Grech.

Mosta FC. A.Vella, P.L.Soares, G.Aquilina, T.Agius, T.Yokochi, W.Gomes, R.Morisco, E.Sohna, C.E.Chaney, T.Farrugia, M.Muchardi.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

TVMSport se jxandar dirett iċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru għada Fuq il-Fosos mill-club ta’ Floriana għar-rebħ tal-kampjonat BOV Premier. Iċ-champions għal dan l-istaġun se jiġu ppreżentati bit-Tazza tal-Kampjonat f’ċeremonja taħt il-monument…

Futbol lokali

Robert Micallef inħatar President ta’ Santa Lucia, il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier. Micallef se jkun qed jibdel lil Martin Agius, li kien il-President li taħt it-tmexxija tiegħu, it-tim ġie promoss għall-ogħla…

Futbol lokali

Iż-żgħażugħ ta’ 26 sena Daniel Zerafa laħaq ftehim ma’ Tarxien Rainbows biex għall-staġun ieħor jerġa jifforma parti mill-iskwadra. Fil-karriera tiegħu, apparti ma’ Tarxien Rainbows huwa lagħab ma’ Birkirkara u Hamrun…

Futbol lokali

Gżira United ħabru żewġ akkwisti oħra fl-aħħar sigħat bil-plejers li se jkunu parti importanti mill-iskwadra tagħhom għal staġun ieħor. Ricardo Correa reġa’ ngħaqad mal-Maroons u ffirma kuntratt ta’ tliet snin…

Aktar