Futbol lokali
Mosta jirbħu lil Senglea b’wirja kbira fit-tieni taqsima

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

MOSTA FC…………5
SENGLEA A………..1

Wara biss erba minuti logħob Mosta marru fil-vantagg korner mogħti minn Clayton Failla u mill-viċin William Donkin kompla l’ballun għall ġewwa. Fis-16 il-minuta Failla kompla lejn Michael Mifsud bix-xutt ta’ dan jispiċċa għoli.Fil-31 minuta Senglea kisbu l-gowl tad-dro’ meta Junior Dibola baqa javvanza u b’xutt b’saħħtu għeleb lil goalkeeper Bitseki.Biex fil-41 minuta Mifsud kompla lejn Kevin Tulimieri bix-xutt ta’ dan jgħaddi għoli mil-lasta ta’ Farrugia.

Fl-54 minuta Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ meta Kevin Tulimieri kompla lejn Michael Mifsud u dan mil-viċin tefa l-ballun wara Farrugia. Minuta wara Mosta kienu qrib li jżidu l-iskor meta Mifsud qassam fin-nofs lejn Bojan Kaljevic pero’ dan minn taħt il-lasta tefa’ barra. Iżda fit- 58 minuta Mosta skurjaw it-tielet gowl tagħhom meta Michael Mifsud għadda l-ballun lil Kaljevic u dan b’xutt fil-baxx għeleb lil Farrugia.

Fis- 66 minuta Mosta komplew iżidu l-iskor, il-kross ta’ Mifsud mil-lemin u Bojan Kaljevic b’daqqa ta’ ras reġa’ għeleb lil Farrugia. Biex fil-71 minuta Mosta kisbu l-ħames gowl tagħhom b’xutt b’saħħtu ta’ Johann Bezzina li għeleb għal kollox lill-gowlkeeper tal-Isla.

Riżultat finali : Mosta FC 5 v Senglea A. 1

Referee: Alex Johnson

BOV Plejer tal-partita : Bojan Kaljevic ( Mosta FC )

Formazzjonijiet:

Mosta FC: S.Bitseki( D.Ciappara 86′), D.Debono ( O.Sammut 80′), M.Mifsud, J.Bezzina, C.Failla ( M.Aquilina 85′), W.Donkin ( N.Agius 76′), D.Naah, R.Morisco, B.Kaljevic, K.Tulimieri, J.R.Ekani( L.Portelli 76′)

Senglea A.: M.Farrugia, Z.Cassar, A.Abela ( R.Song 67′), F.Aboulezz ( C.Buttiegieg 87′), F.Gnindokponou ( J.Attard 80′), S.Buhagiar, D.Fava, D.Abela, J.Dibola( K.Aquilina 86′), D.Kukic, D.Xuereb.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.