Motorsport
Moto GP: Andrea Dovizioso fuq Ducati jirbaħ il-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka

It-Taljan Andrea Dovizioso fuq Ducati rebaħ il-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka segwit mill-Ispanjol Jorge Lorenzo fuq Ducati wkoll.

Marc Marquez fuq Honda spiċċa fit-tielet post.

Marquez, erba’ darbiet champion tad-dinja tal-Moto GP, issa għandu 181 punt wara 10 t’itlielaq filwaqt li Valentino Rossi, li spiċċa fir-raba’ post, għandu 132 fil-klassifika overall.

Andrea Dovizioso jinsab fit-tielet post tal-klassifika b’113-il punt.

It-taqtiegħa finali bejn min jirbaħ din il-Grand Prix kienet waħda mill-isbaħ u mill-aktar eċċitanti.

L-ewwel tliet muturi kien hemm differenza bejniethom ta’ 0.368 sekondi.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Andrea Dovizioso fuq Ducati għamel l-aħjar ħin biex fil-Grand Prix ta’ għada fir-Repubblika Ċeka se jkun qed jitlaq mill-Pole Poisition qabel il-komptarijott tiegħu Valentino Rossi. Fit-tielet post mill-ewwel filliera wkoll…

Motorsport

Is-sewwieq Malti Josef Calleja ħa sehem fir-raba’ rawnd tal-kampjonat MSA Time Attack tal-Ingilterra f’Oulton Park Circuit fit-28 ta’ Lulju. Din is-sena Calleja beda jsuq fi klassi ogħla magħrufa bħala Club…

Motorsport

Illejla fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing f’Ħal Far, jew kif inhi magħrufa ‘it-trakka tal-kwart ta’ mil’, jingħata bidu għat-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali. Bħalma hi d-drawwa, dan ir-rawnd isir filgħaxija u…

Aktar