Motorsport
Moto GP: Andrea Dovizioso fuq Ducati se jitlaq mill-Pole Position fil-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka

Andrea Dovizioso fuq Ducati għamel l-aħjar ħin biex fil-Grand Prix ta’ għada fir-Repubblika Ċeka se jkun qed jitlaq mill-Pole Poisition qabel il-komptarijott tiegħu Valentino Rossi.

Fit-tielet post mill-ewwel filliera wkoll jitlaq Marc Marquez.

Dovizioso għamel ħin ta’ 54.689 sekondi biex għadda lil Rossi bi ftit frazzjonijiet ta’ sekonda.

Jorge Lorenzo fuq Ducati jitlaq mir-raba’ post qabel l-Ingliż Cal Crutchlow u t-Taljan l-ieħor Danilo Petrucci.

L-Ispanjol Maverick Vinales kellu l-ewwel dawra l-aktar veloċi iżda tilef ħafna ħin fit-tini waħda biex se jkollu jitlaq mit-12-il post.

L-Ispanjol Marc Marquez jinsab l-ewwel fil-klassifika overall b’165 punt b’Valentino Rossi fit-tieni post b’119-il punt.

It-tellieqa ta’ għada tkun l-10 waħda minn kalendarju annwali ta’ 19.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Grupp ta ‘ entużjasti Maltin waqfu l-ewwel klabb tal-marka tal-karozzi Ingliża MG. Għall-aħħar sena fuq l-inizjattiva ta ‘ Kris Scicluna, inħoloq grupp ta ‘ Facebook, u wara ftit bdew jiltaqgħu…

Motorsport

In-nisa li ser ikunu qegħdin jiktbu l-istorja fl-ewwel tellieqa tad-W Series, bdew l-ittestjar tal-karozzi fuq iċ-ċirkwit ta’ Lausitzring qabel fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Mejju ssir l-ewwel tellieqa f’Hockenheim, il-Ġermanja. Waħda…

Aktar