Moto GP
Moto GP: Andrea Dovizioso fuq mutur Ducati jirbaħ il-Grand Prix li saret illum fl-Awstrija

Andrea Dovizioso fuq mutur Ducati rebaħ il-Grand Prix li saret illum fl-Awstrija.

Il-Grand Prix tal-lum kellha titwaqqaf għal 20 minuta minħabba inċident ikrah bejn Morbidelli u Zarco.

Ilbieraħ, l-istess sewwieq qal li ma kienx se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Ducati. FIl-Grand Prix tal-lum, hu mar fuq quddiem hekk kif 10 dawriet mit-tmiem, kraxxja Alex Rins fuq mutur Suzuki.

Id-Ducati rebħu kull Grand Prix f’dan iċ-ċirkwiet minn meta beda jsir il-kampjonat Moto GP fih.

Fit-tieni post daħal Joan Mir tal-mutur Suzuki u Jack Miller fuq Pramac Ducati daħal fit-tielet post.

Miktub minn...
TVM Sport