Moto GP: Andrea Iannone jirbaħ l-ewwel Grand Prix tiegħu

Moto GP, fil-Gran Prix tal-Awstrija kien Andrea Iannone li rebaħ l-ewwel Grap Prix tiegħu sabiex għin lit-team Ducati jirreġistra one – two wara li l-kollega tiegħu ukoll taljan Andrea Dovizioso li daħal fit-tieni post. Dan kien l-ewwel darba mill-2007 li d-Ducati telgħu fuq l-ogħla żewġ postijiet tal-podju waqt Grand Prix.

It-Tielet daħal l-ispanjol Jorge Lorenzo fuq Yamaha, ir-raba’ Valentino Rossi fuq Yamaha, il-ħames Marc Marquez fuq Honda u fis-sitt post Maverick Vinales fuq mutur Suzuki. Segwew Dani Pedrosa fuq Honda, Scott Redding fuq Ducati, Bradley Smith fuq Yamaha u Pol Espargaro ukoll fuq Yamaha.

Fil-klassifika tad-drivers l-ewwel jibqa’ Marc Marquez b’181 punt, it-tieni Jorge Lorenzo b138 punt u fit-tielet post Valentino Rossi fuq Yamaha b’124.

Miktub minn...
TVM Sport
.