Moto GP
Moto GP: Brad Binder iwettaq sorpriża kbira bir-rebħ tal-Grand Prix ta’ Brno

Sorpriża kbira fil-Grand Prx ta’ Brno tal-lum hekk kif Brad Binder daħal fl-ewwel post biex irreġistra t-tielet rebħa fil-karriera tiegħu u l-ewwel waħda għall-kostrutturi KTM.

Binder mar fuq quddiem disa’ dawriet mit-tmiem meta qabeż lil Franco Morbidelli u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar.

Permezz ta’ din itr-rebħa, KTM kitbu l-Istorja wkoll bl-ewwel rebħa minn meta ddebuttaw fil-kampjonat Moto GP lura fl-2017.

Il-Franċiż leader tal-klassifika overall Quartararo kellu wkoll tellieqa tajba u li seta’ rebaħa wkoll iżda lejn l-aħħar tat-tellieqa tfaċċatlu problema fit-tyres li tefgħet fid-disa’ post.

Diżappunt ukoll għal Andrea Dovizioso li temm fil-11-il post u għal Maverick Vinales li temm fit-12-il post.

Wara Binder u Morbidelli daħal fit-tielet post Johan Zarco fuq Ducati, b’Rins fuq Suzuki fir-raba’ post u Valentino Rossi fuq Yanaha fil-ħames post.

Miktub minn...
TVM Sport