Motorsport
Moto GP – Fabio Quarataro jirbaħ f’Doha

Fil-Grand Prix ta’ Doha, kien Fabio Quarataro li ħareġ rebbieħ fuq il-Yamaha, meta matul it-tellieqa rnexxielu jaqbeż lil Johann Zarco u Jorge Martin, it-tnejn fuq il-Pramac Racing.

Jorge Martin telaq mill-pole position u dam fl-ewwel post għal ħin twil fit-tellieqa, imma ħames laps mit-tmiem, Quarataro rnexxielu jmur l-ewwel, filwaqt li Johann Zarco spiċċa t-tieni meta fl-aħħar lap tat-tellieqa qabeż lil sieħbu fl-istess tim.

Dak kien l-aktar Moto GP fl-istorja fejn is-sewwieqa spiċċaw viċin ta’ xulxin. L-ewwel ħmistax-il sewwieq kellhom distakk ta’ 9 sekondi biss fiċ-Ċirkwit Internazzjonali ta’ Losail.

Alex Rins fuq is-Suzuki daħal ir-raba, filwaqt li Maverick Vinales daħal il-ħames wara li kien rebaħ l-ewwel Moto GP li sar fil-Qatar il-ġimgħa li għaddiet. Iċ-champion renjanti Joan Mir spiċċa fis-seba’ post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA