
Moto GP
Moto GP: Fabio Quartararo jirbaħ il-Grand Prix ta’ Andalusia
Fabio Quartararo rebaħ il-Grand Prix li saret illum f’Andalusia għat-tim ta’ Petronas SRT Yamaha.
Għall-Grand Prix tal-lum, Marc Marquez ma kkompetiex peress li għadu qed jirkupra minn injury serja f’idejh.
Marquez kellu jiġi operat f’nofs il-ġimgħa, liema operazzjoni irnexxiet u bħalissa qiegħed jirkupra.
Fi sħana kbira, Quartararo telaq mill-pole position quddiem Maverick Vinales u Valentino Rossi.
L-ewwel tliet postijiet baqgħu okkupati minn dawn it-tliet sewwieqa.
Jack Miller telaq mir-raba’ post iżda kraxxja fid-disa’ dawra.
Fir-raba’ post daħal Takaaki Nakagami tal-Honda biex fil-ħames post segwa Joan Mir tas-Suzuki u Andrea Dovizioso tad-Ducati li temm fis-sitt post.