Moto GP
Moto GP: Fabio Quartararo jirbaħ il-Grand Prix tal-Portugall

Fabio Quartararo fuq mutur Yamaha rebaħ it-tieni Grand Prix konsekuttiva li saret illum fil-Portugall.

Is-sitt darbiet Champion tad-Dinja, Marc Marquez, spiċċa fis-seba’ post fl-ewwel tellieqa tiegħu f’seba’ xhur.

Quartararo, li rebaħ ukoll il-Grand Prix ta’ Doha ġimgħatejn ilu, tella’ t-total tiegħu għal 15-il punt f’ras il-klassifika overall wara tlett itlielaq.

Fit-tieni post daħal is-sewwieq ta’ Ducati, Francesco Bagnaia biex fit-tielet post daħal is-sewwieq ta’ Suzuka u l-ex Champion tad-Dinja, Joan Mir.

Is-sewwieq ta’ Pramac Racing Johann Zarco kellu jirtira wara 20 dawra.

Il-kampjonat tal-Moto GP jkompli fix-xahar id-dieħel f’Jerez fi Spanja.

Miktub minn...
TVM Sport