Motorsport
Moto GP – Fabio Quartaro ser jibda minn quddiem, jirritorna Marc Marquez

Is-sewwieq fuq Yamaha Fabio Quartararo ingħata l-pole position fil-Grand Prix tal-Portugall wara li Francesco Bagnaia fuq Ducati kellu r-rekord tiegħu kkanċellat wara ksur fir-regolamenti. Dan tal-aħħar kien kunfidenti li kien se jilħaq il-quċċata fiċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Algarve wara dawra inizjali ferm tajba. Madankollu din kienet ferħa bla temma minħabba l-inċident li kien involut fih l-istess Bagniaia li għen lil Quartararo jirbaħ il-11-il pole position fil-karriera tiegħu f’ħin ta’ 38.682 ta’ sekondi.

Sadanittant is-seba’ darbiet champion Valentino Rossi iddiżappunta ferm fil-Portugall tant li seta’ jispiċċa biss fis-17-il post fuq Petronas Yamaha. Finalment is-sewwieq fuq Pramac Racing Jorge Martin se jkollu jibqa’ barra mit-tellieqa għal tmiem din il-ġimgħa wara li kellu ħabta ferm kerha fis-seba’ dawra.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA