Moto GP
Moto GP: Francesco Bagnaia bl-aħjar ħin fi Spanja

Francesco Bagnaia rebaħ it-tieni pole position tal-istaġun meta llum kellu l-aħjar dawra fil-provi uffiċjali li saru fiċ-ċirkwiet ta’ Aragon, f’Alcaniz fi Spanja.

Fit-tieni post daħal ukoll is-sewwieq tad-Ducati Jack Miller.

Iż-żewġ sewwieqa tad-Ducati se jkollhom magħhom fl-ewwel filliera lil Fabio Quartararo ta’ Yamaha li kellu t-tielet l-aħjar ħin.

Marc Marquez, li kien qed jispera li jirbaħ ir-raba’ Grand Prix tal-karriera tiegħu f’dan iċ-ċirkwiet temm bir-raba’ l-aħjar ħin.

Marquez se jkollu miegħu fit-tieni filliera lil Jorge Martin ta’ Pramac Racing u lil Aleix Esparago ta’ Aprilia.

 

Miktub minn...
TVM Sport